- Wara l-mossa tal-qorti, telefonati mal-kunsillieri marru ħażin
- Bdiet tisħon il-qiegħa fost il-kontestanti
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kellu pjan biex iħabbar li se jerġa’ jitfa’ n-nomina tiegħu għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, dan il-pjan sfumalu fix-xejn fi ftit sigħat minn xħin sar magħruf. Dan hu tagħrif ikkonfermat mill-istess imkejjen fil-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar xhur kienu provati korretti għal darba wara l-oħra.
Il-pjan kien ibbażat fuq li Simon Busuttil jipprova jerġa’ jqajjem il-kwistjoni tal-Panama fil-Qorti. Dan bit-tama li jkollu grampun ma’ xiex iqabbad il-kandidatura tiegħu.
Fil-ġimgħat li għaddew, Simon Busuttil qal lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti li huwa jikkontesta biss jekk joħroġ ir-rapport tal-inkjesta tal-Egrant u jinstab xi ħaġa kontra l-Prim Ministru. Però r-reazzjoni ta’ ħafna deputati kienet li ħadd mhuwa jemmen dik l-istorja.Aqra aktar