Ikel – Page 6 – One News

Notifiki

Kieku int tesperimenta?

Filwaqt li fil-pajjiżi tal-madwar qed jiġri minn kollox, minn attakki mdemmija sa kolp ta’ stat, in-nies ta’ Londra jistgħu jirrilassaw. Mhux għax m’għandhomx inkwiet, għax Brexit ħabbel l-irjus bi kbir. Imma għax biex imorru jieklu m’għandhomx bżonn jaħsbu x’se jilbsu.

Almenu fir-restaurant Bunyadi, li għadu kemm fetaħ il-bibien tiegħu, bil-patt u l-kundizzjoni li min jidħol jista’ jiġri għarwien u ma jistax juża mezzi teknoloġiċi bħal mobiles. Kunċett li ntlaqa’ tajjeb ħafna – tant li malli fetaħ kellu lista ta’ stennija ta’ 46,000 persuna.

Aqra aktar

Splużjonijiet għand tal-pastizzi

Il-ħemda tal-lejl inbidlet f’ħoss ta’ splużjonijiet f’Ħal Luqa, hekk kif gass li ħareġ minn ċilindru wassal għall-problemi f’ħanut tal-pastizzi.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta b’kollox seħħew tliet splużjonijiet għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu. Ir-residenti li jgħixu f’appartamenti fuq il-ħanut kienu evakwati.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar ikkontrollaw is-sitwazzjoni imma xejn ma jnaqqas mix-xokk dalgħodu. Infatti waħda mill-ħaddiema waslet il-ħanut u spiċċat imbikkma xħin rat din ix-xena quddiemha.

It-triq ewlenija tar-raħal tinsab magħluqa. Fuq il-post hemm Pulizija esperti u nies li nġabru bilkemm jistgħu jemmnu kif inqered il-ħanut.

Aqra aktar

Sorpriżi fuq Liquorish…u ħafna ikel!

Nistgħu niżvelaw diversi affarijiet li se jsiru waqt Liquorish tal-lejla.  L-aktar sorpriża mhux mistennija se tkun dik fejn Liquorish, għall-ewwel darba se jlaqqa’ l-eliminati mal-parteċipanti.

Għalkemm wieħed jistenna li dan il-mument ikun pożittiv, wieħed ma jistax jinsa il-fatt li Liquorish joħloq dawn is-sitwazzjonijiet biex jagħmel l-isfida għall-parteċipanti aktar waħda ikkumplikata.  Insegwu u naraw x’se jiġri sal-aħħar programm.

Aqra aktar

Jekk tħobb it-tin, aqra din!

Tul dawn l-aħħar xhur diversi bdiewa kienu mħassba ferm bil-futur tas-siġar tat-tin. Dan minħabba insett li qed jattakka lil dawn is-siġar u jeqridhom. Tkellimna mad-direttur għas-saħħa tal-pjanti dwar dan l-insett u l-ħidma tad-direttorat biex jippreveni milli jmutu iżjed sigar.

Sewgi dan is-servizz. 

Aqra aktar

Tiħdux dan il-prodott

Ħarġet twissija dwar il-prodott ThermoGenic mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika. Dan id-direttorat irċieva informazzjoni dwar dan il-prodott li fih 120 kapsula u li m’għandux ikun ikkonsmat minħabba li fih l-ingredjent ġdid mhux awtorizzat ‘Octopamine’. Dan il-prodott jista’ jikkaġuna pressjoni għolja fil-ġisem.

Id-ditta li tbiegħu hija ActivLab Sport. Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 21337333.

Aqra aktar

Fil-qalba ta’ Modena bl-aqwa platti

Jekk inti tħobb tiekol, għandi aħbar tajba għalik dan għaliex l-aqwa ristorant ta’ din is-sena huwa propju fl-Italja.

‘Osteria Francescana’ ikklasifika fl-ewwel post bħala l-aqwa ristorant tal- 2016. Is-sena l-oħra kien ‘El Celler de Can Roca’ ġewwa Spanja, li rebaħ dan il-premju.

Ir-ristorant rebbieħ li jinsab fil-belt żgħira ta’ Modena fin-Nofsinhar tal-Italja ikklasifika fit-tieni post fl-Awards tas-sena 2015.

Aqra aktar

Wiċċhom mgħammad u kontra l-laħam

Attivita li saret dalgħdu biswit it-Teatru ir-Rjal kellha l-għan ewlieni li tagħmel lill-pubbliku Malti aktar konxju biex ma jibqgħux jintużaw aktar prodotti li gejjin mill-annimali, biex b’hekk ma jkunx hemm aktar krudelta fuq l-annimali.

Aqra aktar

Togħma Għawdxija fl-Islovakkja!

Din il-kafetterija taħsibha tinsab f’xi trejqa fil-gżira Għawdxija. Infatti hekk irrimarka resident Slovakk mal-ġurnalist ta’ ONE News Daniel Attard meta bagħatlu dan ir-ritratt:

“I thought I was in Slovakia, but maybe I took the wrong plane?”

Aqra aktar

Send this to a friend