Ikel – Page 4 – One News

Notifiki

ATTENTI! Prodott hawn Malta jista’ jkollhom in-norovirus

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li huwa potenzjalment ikkontaminat bin-norovirus.

Aqra aktar

Jieħdu pass kiefer – jekk tħobb is-soft drinks, tmurx Franza

Sidien ta’ ristoranti u spazji pubbliċi oħra fejn wieħed jista’ jiekol fi Franza ma jistgħux ikollhom soft drinks jew xorb biz-zokkor mingħajr limitu. Se jkun hemm ċertu ammont peressibbli ta’ soft drinks, li ma jistax jinqabeż.

Issa sar illegali li tbiegħ ammont mhux limitat ta’ soft drinks għal prezz fiss b’offerta, jew inkella li toffri dan it-tip ta’ xorb b’xejn.

L-ammont ta’ nies obeżi fi Franza jibqa’ taħt il-medja Ewropea, iżda qed jiżdied. L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa tirrakkomanda li jkun hemm taxxa fuq xorb biz-zokkor.

Jitħarrġu għal kriżi b’xi ħaġa tajba

Fil-bajja tar-Rinella qed isir taħriġ minn Transport Malta bi preparazzjoni għal każijiet fejn ikun hemm tixrid ta’ żejt fil-baħar. Liema taħriġ sar permezz ta’ xi ħaġa li normalment nikluha waqt li nkunu qed naraw film, hekk għalih intuża l-pop corn.

Aqra aktar

Taf xi ħadd allerġiku għall-ħalib? Tajjeb ikun jaf din…

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, informa lill-pubbliku li prodott partikolari m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għall-ħalib, minħabba li nstab li fih ingredjent bil-ħalib mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

Dan wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf.

Aqra aktar

Menu ikbar għal min kiel f’lukanda

Poplu li jħobb żaqqu żgur ikun ħerqan biex mat-tokki ta’ nofsinhar f’Jum il-Milied jingħaqad ma’ familtu madwar il-mejda għall-ikla tradizzjonali. Iżda jkun hemm ukoll familji li ppjanaw biex din l-ikla sservihom bħala ħarġa. Dan ifisser li l-ħaddiema fil-kċejjen ta’ diversi lukandi, bħal dik li żorna propju dalgħodu, ix-xogħol se jiżdied, is-sigħat se jitwalu u fuq kollox, il-menu se jikber ukoll.

Aqra aktar

Jiftħu ħwienet żgħar iddedikati għall-ġrieden

Persuna jew grupp mhux magħruf li jsejjaħ lilu nnifsu bħala ‘Anonymouse’ iddejjaq bis-sitwazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħwienet għalll-ġrieden, u għalekk iddeċidew li ‘jiftħu’ numru ta’ ħwienet f’Malmo fl-Iżvezja..

Il-ħwienet li huma vera ċkejkna ta daqs 70ċm b’30ċm għandhom varjetà kbira fl-għażla ta’ ikel li jistgħu jgħażlu għall-ikel.

Aqra aktar

492,480 bajd falz fost oġġetti oħra illegali mwaqqfa mid-dwana

Riċentement id-Dipartiment tad-Dwana waqqaf mas-sittax-il kontenitur b’affarijiet foloz f’istanzi separati. Dawn inħatfu minn uffiċjali huma u jwettqu tfittxija fuq kontenituri għaddejjin mill-Port Ħieles jew huma u dieħlin fl-Unjoni Ewropea. 

Fosthom 69,142 par żarbun tal-isport, 12,137 par żarbun, 18,600 beritta, 1,560 basket, 2,666 ġugarell u 492,480 bajd taċ-ċikkulata. Dawn kienu foloz imma kellhom ismijiet ta’ ditti rinomati.

Dan is-suq huwa wieħed multi-biljunarju li mhux biss jippromwovi l-iskjavitù u l-użu tat-tfal li jitħaddu illegalment, imma jimmina wkoll l-istabiltà finanzjarja u jiswa lill-Ewropej eluf ta’ xogħolijiet kull sena. Oġġetti foloz, li jistgħu jinkludu ikel u xorb, fihom materjal tossiku li jagħmel ħsara u kimiċi li mhumiex konformi mal-liġijiet ta’ saħħa u sigurtà.

 

 

Jinvestigaw il-ħela ta’ ikel

75 student tal-ħames sena sekondarja, ġejjin minn 25 skola differenti minn madwar Malta u Għawdex, ipparteċipaw fil-kompetizzjoni Malta Junior Science Olympiad.

L-istudenti riedu jagħmlu esperiment xjentifiku u jinvestigaw il-ħela tal-ikel f’termini bioloġiċi, kimiċi u fiżiċi. Per eżempju ltqajna ma’ studenti li kienu qed jaħdmu fuq espertiment tal-kimika biex jiskopra l-konċentrazzjoni ta’ ħall fl-ikel.

Ix-xogħol li wettqu l-istudenti se jiġi analizat, kif spjegalna Joseph Cutajar – Uffiċjal Edukattiv fi ħdan id-dipartiment tal-imaniġġjar tal-kurikulum fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Minn dawn l-investigazzjonijiet, l-scripts jiġu ikkoreġuti u min ġab l-ogħla marka fl-inqas ħin ikun rebbieħ.

Il-kompetizzjoni ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva u l-għan tagħha huwa li izied l-imħabba tal-istudenti lejn ix-xjenza.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo żar din l-attività fejn tkellem mal-istudenti dwar l-esperimenti li bdew janalizaw u awguralhom kull suċċess.

Aqra aktar

Forsi ma nibqgħux nibbrillaw fl-obeżità

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa qaltilna ċar: aħna fil-quċċata tal-klassifika ta’ pajjiżi Ewropej bi problema tal-obeżità.

Wara din it-turija kerha tar-realtà, ħafna kienu l-inizzjattivi li nibtu biex iħeġġu lit-tfal isegwu ħajja attiva. Il-Proġett Ewropew On The Move se jindirizza l-problema b’mod ħolisitiku, u mhux biss se jħarreġ lit-tfal fl-isports, iżda se jinkludi wkoll lill-ġenituri, fil-ħolqien ta’ stil ta’ ħajja aħjar.

Aqra aktar

Se togħla l-KitKat?!

“Have a break, have a KitKat”

Sentenza li min ħareġ biha verament messu jkun kburi, għax irnexxilha tinfiltra bl-imħuħ ta’ ħafna. Iżda l-break jaf jibda jiġik għoli.

Il-kumpanija Nestle, li tagħmel il-KitKat, qalet li l-prezzijiet tan-Nescafe, KitKat u prodotti oħra popolarissimi aktarx jogħlew. Dan minħabba l-valur tal-lira sterlina.

Aqra aktar

Send this to a friend