Ikel – Page 3 – One News

Notifiki

GĦALL-EWWEL DARBA: ikel finanzjat mill-Gvern dirett għand dawk fil-bżonn

  • TQASSIM TAL-IKEL TAĦT l-ISKEMA ‘DISTRIBUZZJONI TAL-IKEL FINANZJATA MILL-ISTAT’

Għall-ewwel darba fl-istorja socjali ta’ pajjizna l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali nieda skema, fejn se jkun qed jitqassam ikel direttament u esklusivament finanzjat mill-Gvern Malti. Bl-għan ta’ din l-iskema jkun li jintlaħqu aktar nies li jeħtieġu din it-tip ta’ għajnuna.

Aqra aktar

L-imqarrun ta’ Tom minn Londra

“Fil-kċina ma’ Tom” hija frażi li ġieli Thomas Camilleri kanta magħha anke speċi ta’ kanzunetta qasira . Tom qed jgħix f’Londra, f’dak li ddeskriva mal-għaqda Universitarja Insiter, bħala “lunchbox of an apartment”. Il-post huwa żgħir ħafna, li tipikament issib f’Londra, iżda bid-differenza li fih it-tisjijr ma jieqafx. Tom jinsab Londra għax qed jistudja f’livell ta’ Masters dwar Drug Design.

Il-filmati li kontinwament jitfa’ fuq YouTube jixbħu programmi ta’ tisjijr li tant naraw fuq it-televiżjoni Maltija.

Mal-Insiter qal li hu u jgħix waħdu, ġietu serata meta ma kellux wisq x’jagħmel u kellu ħafna ġuħ. Iddeċieda jara x’isarraf fil-kċina, u minn hemm bdiet storja ta’ mħabba lejn dak kollu li hu tisjijr.  Minn imqarrun għal ikel tipikament Indjan…Tom sar  segwit u maħbub għall-ikel tiegħu daqs kemm għas-simpatija tiegħu.

Aqra aktar

Qed nieklu iktar tiġieġ, imma l-majjal baqa’ popolari

Ħafna huma dawk li taqagħlhom żaqqhom malli jisimgħu b’xi majjalata jew xi platt tiġieġ il-forn imħawwar bi ħwawar tipiċi Maltin u dik it-tazza nbid. Forsi waqt li qed tgawdi platt mill-aqwa, żgur li ma jgħaddulekx minn moħħok mistoqsijiet bħal ‘Kif inhi l-produzzjoni tal-laħam f’pajjiżna?’ jew ‘Liema laħam huwa l-aktar imfittex mill-Maltin?’

Fil-każ tal-gazzetta Kullħadd, ma kienx platt mill-aqwa li ġegħelna nistħarrġu dan, imma statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li ħarġet fix-xahar ta’ Frar. Statistika li tagħti ħarsa lejn kif kienet il-produzzjoni tal-laħam bejn Lulju u Diċembru 2016 turi li filwaqt li l-produzzjoni tal-laħam tal-majjal u tat-tiġieġ naqas xi ftit, żdiedet il-produzzjoni taċ-ċanga, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Ma riditx is-sess, allura kienet tivvelenalu l-Lucky Charms

Tinstema’ kważi komika imma hija storja serja ħafna. Andrea Heming wieġbet ħatja quddiem il-Qorti ta’ Nevada li żiedet il-boric acid maċ-ċereali ta’ żewġha. Huwa tip ta’ velenu li jintuża biex joqtol il-widien.

Ir-raġuni? Ma riditx tagħmel sess miegħu. Ir-raġel sofra minn problemi intestinali kbar u dmija għal diversi xhur, qabel irrealizza li kienet martu li kienet qed tivvelena mhux biss iċ-ċereali, imma wkoll l-energy drinks u l-krema li kien jikkonsma.

Meta interrogawha, Heming ammettiet l-akkużi kollha, iżda qalet li kienet toqod attenta li ma toqtlux, basta ma jkollux erezzjoni.

Aqra aktar

Menu Malti servut Brussell

Presidenza Maltija tfisser ukoll opportunità biex l-ikel tipiku Malti jkun esplorat. Dan anke fi Brussell, fejn fil-Parlament hemm għażla varja ta’ affarijiet mill-kċina tagħna. Għalkemm b’xi żball ortografiku ‘l hawn u ‘l hemm u b’titli pjuttost elaborati għal kif nafuhom aħna, hija ħaġa unika tara l-kwareżimal, qarbagħli u anke pastizzi mħallta fil-menu.

Aqra aktar

Kumpaniji jingħaqdu u jfasslu pjan dwar il-każ tal-lunchbox miżera

L-istorja tal-lunchbox miżera li daret l-internet ma messitx biss il-qlub, imma anke l-bwiet u l-imħuħ. Qed nirreferu għal facebook post ta’ għalliema li wriet ir-realtà li biha hemm tfal li jmorru l-iskola. Ikla miżera li tista’ ssejħilha magħmula minn fdalijiet.
Il-kumpanija City Living Malta, speċifikament Robert Azzopardi, qalilna li l-kumpanija tinsab fil-proċess li tikkordina ma kumpaniji oħra biex il-problema tibda tkun indirizzata.

Taħt tmexxija Maltija joħorġu linji gwida għal skejjel Ewropej, biex forsi jonqsu t-tfal obeżi

L-obeżità fost it-tfal hija waħda mit-temi diskussi waqt il-Presidenza Maltija. Dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nieda linji gwida għal skejjel madwar l-Ewropa biex meta joħorġu tenders l-iskejjel, joħorġu b’rabta ma’  ikel tajjeb .

Il-linji gwida japplikaw ukoll għal dawk fl-industrija, biex jipprovdu ikel tajjeb għas-saħħa. Dawn il-linji gwida tqasmu lid-delegati Ewropej li jinsabu hawn Malta għal konferenza ta’ jumejn bħala parti mill-Presidenza Maltija.
Il-Ministru Fearne qal li 40% tat-tfal Maltin fl-iskejjel għandhom jew problema ta’ piż żejjed jew problema ta’ obeżità.
Malta tinsab fir-raba post , bil-Greċja fuq quddiem nett, fejn jidħlu l-iktar tfal obeżi mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea

 

Kważi kwart tal-ikel li nixtru jinħela u jintrema

Minn studju li għamlet il-Kummissjoni Ewropea fis-sena 2014, huwa kkalkulat li bil-pakkett ta’ direttivi u emendi għall-immaniġġjar tal-iskart li bħalissa qed jiġi diskuss taħt il-Presidenza Maltija aktar minn 180,000 impjieg jistgħu jiġu ġġenerati sas-sena 2030 jekk riżorsa bħal ma huwa l-iskart mhux biss nużawh u nirriċiklawh imma nirriduċuh.

Fl-istess waqt huwa kkalkulat li jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu fuq livell Ewropej inkunu kapaċi nnaqqsu mal-443 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-arja (GHG). “Dan m’għandux ikun biss sforz ta’ gvernijiet imma anke sforz ta’ ċittadini li jagħmlu l-parti tagħhom huma wkoll biex inaqqsu l-iskart”, tenna l-Ministru José Herrera fi Brussell meta kien il-mistieden tal-Kumitat tar-Reġjuni biex jitkellem fuq is-suġġett.

L-iskart iġġenerat mill-ikel huwa kontribut ewlieni biex nilħqu dawn il-miri ambizzjużi. Il-Pajjiżi Membri tal-UE qed jintalbu biex sas-sena 2025 jitnaqqas dan l-iskart bi tletin fil-mija waqt li sas-sena 2030 dan jonqos b’ħamsin fil-mija. Kull persuna huwa stmat li tiġġenera mal-180 kilo ta’ skart iġġenerat mill-ikel kull sena.

Aqra aktar

Kieku inti tiekol waqt funeral?

Heritage Malta se tieħu lill-Katakombi ta’ San Pawl lura fis-snin meta bl-attività ‘Mortem’ se ġġedded it-tifkiriet meta r-Rumani kienu jikkommemoraw lill-mejtin b’ritwali funebri u ikla abbinata mad-difna.

‘Mortem’ kienet issir fi żmien li fih kienet tiġi ċċelebrata l-festa Rumana tal-parentalia. Fl-attivitá fil-Katakombi ta’ San Pawl jispikkaw l-esibizzjoni kif kien isir funeral Ruman fejn il-pubbliku jista’ jipparteċipa u l-ikla abbinata mad-difna fuq l-agape, treasure hunts għat-tfal, lectures dwar is-suldati Rumani u tradizzjonijiet Rumani u dwar skavar fil-Katakombi ta’ San Pawl. Ikun hemm ukoll parata u esibizzjonijiet mill-grupp Legio X Fretensis. Matul il-ġurnata se jkun hemm għall-bejgħ ikel u xorb tradizzjonali Ruman ibbażat fuq riċetti riċerkati.

Aqra aktar

Send this to a friend