ħwejjeġ – One News

Notifiki

Jinqabdu jisirqu minn ħanut tal-ħwejjeġ f’San Ġiljan

Żewġ Rumeni li tressqu l-Qorti f’pajjiżna tul il-jum tal-Ħamis instabu ħatja ta’ serq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’kumpless kummerċjali fl-inħawi ta’ San Ġiljan. Dan il-każ imur lura għall-21 ta’ Diċembru li għadda.

Mircea-Remus Rostas ta’ 44 sena u George-Bodan Crisiean ta’ 29 sena, it-tnejn residenti San Ġiljan, Tal-ewwel kien akkużati ukoll li fil-Milied inqabad bid-droga kannabis. Huwa nstab ħati kemm ta’ serq, kif ukoll ta’ pussess tad-droga.

Il-Maġistrat Gabriella Vella qieset li ż-żewġ akkużati kkoperaw bi sħiħ mal-Pulizija fil-ħin tal-arrest, u kienu lesti jirritornaw l-oġġetti li kienu serqu.

Huma ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs kull wieħed sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €1,262 bejniethom, li trid titħallas fi żmien sitt xhur.

Aktar minn €5 miljun biex katina internazzjonali tal-ħwejjeġ tinġieb Malta

B’investiment ta’ aktar minn €5 miljun, il-kumpanija JB Stores espandiet fin-negozju tagħha u introduċiet katina internazzjonali ta’ ħwejjeġ Taljani bl-isem ta’ Candida.

Din il-katina internazzjonali, li ilha mwaqfa għal dawn l-aħħar 14-il sena, kienet ibbażata fi 15-il ħanut fl-Italja u Sqallija.  Permezz ta’ dan l-investiment, din il-katina firxet l-għeruq tagħha u ser tkun qed toffri s-servizzi tagħha f’Malta.Aqra aktar

Siti onlajn magħrufa mal-Maltin ibiegħu fur oriġinali bħala falz

Sky News qed jirrapporta li nstabu erba’ tipi ta’ pil tal-annimali li qed jinbiegħ minn ħwienet bħala faux fur minkejja li jkun oriġinali.

Espert tal-fibri identifika żraben u ingwanti fost oħrajn li qed jinbiegħu bħala oġġetti li ma ntużax pil ta’ annimali biex ġew magħmula meta fil-verità l-pil huwa reali.

Ir-renju Unit ma jippermettiex li l-pil ta’ annimali bħal dak tal-fniek jintuża biex isiru aċċessorji tal-moda, fost oħrajn, iżda dan il-pil xorta waħda qed isib mod kif jiddaħħal fir-Renju Unit mill-Asja u qed jinbiegħ bħala materjal sintetiku.

Aqra aktar

Il-mudelli ta’ ZARA kritikati mill-bosta

L-istabbiliment tal-ħwejjeġ, ZARA, qed jiġi kritikar għall-mudelli li qed juża fir-reklam pożittiv tiegħu li jgħid Love your curves. Qed jingħad li dan il-messaġġ qed jintilef għal kollox bir-ritratti li qed jintużaw hekk kif il-mudelli qed jiġu deskritti bħala irqaq ħafna.

Aqra aktar

Tifel ta’ 10 snin imut wara li waqgħat biċċa għamara fuqu f’Topshop

Tifel ta’ għaxar snin inqatel wara li waqgħat biċċa għamara tal-vetrina fuqu f’ħanut tal-ħwejjeġ.

Il-każ seħħ fl-Ingilterra u l-vittma huwa Kaden Reddick ta’ għaxar snin. Huwa kien fil-ħanut Topshop flimkien ma zitu, meta sofra ġrieħi li ħallewh mejjet. Dan il-ħanut jinsab fl-Oracle Shopping Centre ta’ Reading. Kien qed igawdi l-ewwel jum tal-btajjel ‘half-term’, u spiċċa tilef ħajtu.

Aqra aktar

M’għandekx fejn tonxor? Tħabbilx rasek!

Dan ir-ritratt għamel dawra sew fuq l-internet. Jitkellem waħdu – persuna li forsi ma sabitx fejn tonxor, jew inkella ma kienx hemm xemx fil-gallarija tagħha, sabet soluzzjoni fit-triq. Aktarx dan ir-ritratt ittieħed fix-Xagħra – li hu ċert hu li din il-persuna ħassitha komda ferm, tant li ħarġet tonxor bil-ħwejjeġ tad-dar b’kollox. Lanqas tgħid ħarġet horse rack li tintrama’ u tiżżarma malajr! Le, organizzata bil-ħabel u l-labar tal-inxir b’kollox.  Sintomatika ta’ mentalità Maltija, li wieħed jagħmel it-triq tiegħu? Hemm min jara fir-ritratt sitwazzjoni komika, u hemm min jinkorla għal din l-attitudni.

 

Daqshekk ħwejjeġ maħmuġin wara siegħa gym!

Fl-Ingilterra twieled kunċett ġdid: l-ewwel klassijiet tal-fitness fejn bniedem joqod kompletament għarwien – ħlief għall-papoċċ u forsi sports bra, jekk wieħed iħoss li huma neċessarji.

Hija Helen Smith ta’ 35 sena li ħarġet bl-idea ta’ klassijiet ta’ siegħa, fejn min jattendi jrid ikollu bejn 33 u 70 sena. Jagħmlu minn kollox: jumping-jacks, sit-ups, push-ups u dak li jissejjaħ partner work.

Għal min jitħajjar, biex tattendi trid tmur Southampton. Smith kienet konsulenta fejn jidħol l-ingaġġ tan-nies, iżda hija wkoll membru f’għaqda li tissejaħ British Naturism. Temmen li meta toqod bla ħwejjeġ, tista’ verament turi l-eżerċizzju li qed tagħmel lil min ikun qed isegwi. Vantaġġ ieħor hu li ma jkollokx ħwejjeġ kollha għaraq x’taħseb wara.

Aqra aktar

Ġenitur? Oqgħod attent…

Omm ta’ tarbija xtaqet tgħaddi messaġġ biex ġenituri jiflu l-ħwejjeġ ta’ wliedhom sewwa qabel ilibbsuhom.

Qalet li tista’ tgħoddha b’waħda, wara li innoċentament libbset ġakketta ġdida lit-tarbija tagħha. Fi kliemha stess:

“Jekk jgħoġobkhom, attenti meta tmorru tixtru l-ħwejjeġ għat-trabi tagħkom. Dan huwa riżultat ta’ ġakketta li ħallewlha l-pin fiha. Jien ma ndunajtx. Ħsilt il-ġakketta u l-pin baqa’ mwaħħal. Peress li l-ġakketta fleecy, il-pin ma tindunax bih. Ma nafx għalfejn jużaw pins għall-alarms fuq ħwejjeġ tat-trabi. Għidli jien, kieku daħlitlu f’għajnejh, tarbija ta’ ħames xhur!”

Aqra aktar

Jissupera lil Bill Gates – l-aktar raġel sinjur fid-dinja kellu bidu li jissorprendik

Dak li ħoloq id-ditta Spanjola tal-ħwejjeġ Zara issupera lil Bill Gates biex sar l-aktar raġel sinjur fid-dinja.

Amancio Ortega għandu kemxa li taqbez il-$79.5 biljun, filwaqt li Gates huwa ftit aktar fqir minnu, b’$78.5 biljun.

Ortega, li għandu 80 sena, diġa’ kien l-aktar raġel sinjur fl-Ewropa, iżda issa sar l-aktar wieħed li għandu flus madwar id-dinja kollha. Bintu Marta (li tidher fir-ritratt) mistennija tkun dik li se tmexxi n-negozju warajh, liema negozju għandu ditti li żgur ħafna hawn Malta jafuhom: Pull&Bear u Massimo Dutti fost oħrajn.

Aqra aktar

Meta trid tagħti minn ħwejġek…litteralment!

Dan li qed jissejjaħ ‘bank tal-ħwejjeġ’ issa jinsab fl-Imqabba, ħdejn l-iskola primarja. Il-‘bank’ huwa reċipjent kbir fi spazju pubbliku, organizzat mill-għaqda non-governattiva Refab, bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Imqabba.
Il-ħsieb huwa li dawk il-ħwejjeġ li wieħed iħoss li m’hemmx aktar bżonn għalihom, jitħallew f’reċipjenti apposta. Il-ħwejjeġ jintużaw biex ikunu riċiklati, jew mibgħuta lejn fejn ikunu apprezzati.
Hemm ħsieb ukoll li dawn ir-reċipjenti għar-riċiklaġġ tal-ħwejjeġ jiżdiedu f’aktar lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. S’issa, min xtaq jikkontribwixxi lejn dan il-għan kellu jmur Ħaż-Żebbuġ.

Aqra aktar

Send this to a friend