ħut – One News

Notifiki

Riċerkaturi Maltin isibu speċi ġdid ta’ burqax

Riċerkaturi Maltin mill-Università ta’ Malta sabu speċi ġdida ta’ ħuta u li hija simili ħafna għall-Burqax li jinstab ħafna kemm fil-baħar Mediterran u anke fil-Lvant tal-Atlantiku.Aqra aktar

Imorru jistadu għall-ħut wara li ħarbu mill-fish farms

Min jilliska l-gamblu mas-sunnara, min jitfa’ x-xlief fil-baħar u min jgħolli qasba kif iħoss it-toqol.

F’kemm trodd salib kulħadd tgħallem isir sajjied, minn dawk dilettanti u għomor u żmienhom bil-qasba f’idejhom, sa anki tfal li telqu l-ipads fuq is-sufan tad-dar u marru fil-bajja s-sabiħa ta’ Birżebbuġġa jittantaw xortihom f’qabda ħut. Aqra aktar

Qabda rekord ta’ ħut fl-2018

Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw ix-xena ta’ kull filgħodu fil-Pixkerija fil-Marsa, fejn is-sajjieda Maltin u Għawdxin idaħħlu minn kull xorta ta’ ħut frisk biex għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu jibda l-irkant tal-ħut.

Kmieni t-Tlieta filgħodu s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd Clint Camilleri segwa mill-qrib il-bejgħ ta’ diversi tipi ta’ ħut fosthom siċċ, qarnit, klamari, mrejjen u xkal.

Joe Bugeja, Uffiċjal fil-Pixkerija qalilna li l-ħut jinxtara minn madwar tliet mitt xerrej irreġistrati mad-dipartiment. Ċifri li kiseb ONE News juru li matul is-sena li għaddiet madwar erba mitt sajjied biegħu bejniethom bi ħdax-il miljun f’ħut. Tliet miljun ewro minn dan il-bejgħ sar mill-Pixkerija.Aqra aktar

“Minn esperjenza għall-qbid tal-ħut bejn il-ħbieb, spiċċat fi traġedja…”

“Minn esperjenza għall-qbid tal-ħut bejn il-ħbieb, spiċċat fi traġedja,” hekk beda r-rakkont ta’ Karmenu mal-paġna The People of Malta meta beda jfakkar memorja li għadha tmisslu qalbu sal-lum il-ġurnata, minkejja li għaddew 34 sena.

Karmenu rrakkonta kif propju 34 sena ilu, bħal dax-xahar, ħareġ bid-dgħajsa tiegħu u miegħu kellu xi ħbieb li ħarġu biex jgħoddsu.

Aqra aktar

Tal-fish farms nofs triq

Is-sidien tal-irziezet tal-ħut jinsabu tista’ tgħid nofs triq filproċess biex ikunu konformi mad-dikjarazzjoni li għamlu f ’Settembru li għadda dwar rilokazzjoni għal dik li tissejjaħ is-South East Aquaculture jew żona oħra approvata. Rilokazzjoni li trid issir sa Mejju ta’ din is-sena. Is-sajf li għadda kien wieħed li nissel rabja kbira fost il-pubbliku Malti fid-dawl li fdalijiet tal-għalf mill-irziezet tal-ħut niġġsu l-ibħra Maltin.

Aqra aktar

Mistieden mhux mistenni f’Birżebbuġa

Dawn ir-ritratti ttieħdu dalgħodu f’Birżebbuġa, u juru Blue Fin Tuna li sabet ruħha fuq ix-xatt.

Espert fis-sajd qalilna li r-raġunijiet jistgħu jkunu bosta. Jista’ jkun li l-ħuta tkun mietet u jkunu ramewha tal-fish farms, jew inkella kien hemm xi ħsarat fix-xibka tal-farms u tkun ħarbet. Qalilna wkoll li każ hekk ma jiġrix spiss u ġeneralment ikun marbut ma’ xi maltempata – però llum żgur mhux il-każ.

Għalkemm id-daqs tal-ħuta jidher kbir għal dawk li mhux dilettanti, dan huwa daqs normali ta’ dan it-tip ta’ tonn.

Aqra aktar

Send this to a friend