HSBC – One News

Notifiki

L-HSBC iżid il-qligħ

Il-bank HSBC żied il-qligħ fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Il-qligħ qabel it-taxxa sal-aħħar ta’ Ġunju kien ta’ kważi 21 miljun ewro.  B’hekk fl-ewwel sitt xhur l-HSBC għamel żieda fil-qligħ ta’ madwar 5 miljun ewro.  Dan ifisser żieda ta’ 30% fil-qligħ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Aqra aktar

ADRIAN DELIA B’€713,356 F’SELF MAL-BANEK

Id-dikjarazzjoni tal-assi fil-Parlament, tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia żvelat ammont sostanzjali ta’ djun li jlaħħqu s-seba’ mija u tlettax-il elf, tliet mija u sitta u ħamsin ewro.

Mill-informazzjoni maħruġa, rriżulta li Delia għandu b’kollox sitt loans ma’ banek lokali: wieħed mal-Bank of Valletta, tnejn mal-Banif li huma ‘home loans’, self ieħor mal-Banif, ‘home loan’ ieħor mal-HSBC u self ieħor mal-HSBC.

€24,742 – LOAN MAL-BOV

€30,347 U €70,216 – ŻEWĠ ‘HOME’ LOANS MAL-BANIF

€19,051 – LOAN MAL-BANIF

€508,000 – ‘HOME’ LOAN MAL-HSBC

€61,000 – LOAN MAL-HSBC

TOTAL TA’ €713.356

Din id-dikjarazzjoni wasslet f’mument li għad hemm mistoqsijiet kbar minn fejn Adrian Delia ġab ħamsa u ħamsin elf ewro, biex jibda jħallas parti mit-taxxa li naqas milli jħallas lid-dipartiment tat-taxxa meta kien iddaħħal aktar minn mitejn ewro fis-siegħa.

Dan hekk żvelat minn investigazzjoni li għamlet il-gazzetta Kullħadd, fejn irrizulta li miż-żmien li qal li m’għandux cash flow sa meta għamel dan il-pagament lil tat-taxxa, ma biegħ ebda kumpanija li seta’ daħħal flus minnha, biex iħallas it-taxxa dovuta.

Fl-istess dikjarazzjoni tal-assi, rriżulta li mart, Adrian Delia, Nickie Vella de Fremaux, għandha sitta u għoxrin elf u wieħed u disgħin ewro fi tfaddil fil-Bank of Valletta.

Adrian Delia ddikjara fil-Parlament li l-propjeta’ li għandu, li tinkludi r-residenza tiegħu u dik li tmiss magħha fis-Siġġiewi, inxtraw minn martu.

Huwa għandu wkoll għalqa fir-Rabat għall-użu tal-familja, li wkoll kienet mixtrija minn martu.

Fil-preżent, Delia għandu ishma f’erba’ kumpaniji.

L-ISHMA TA’ DELIA

5,400 SEHEM F’AEQUITAS MANAGEMENT LTD.

6,750 F’ AEQUITAS TRUST AND FIDUCIARY LTD.

300 F’EVOLVE CONSULTANCY LTD.

45 FI MGARR DEVELOPMENT LTD.

Dan minkejja li qabel l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiegħed li b’mod immedjat kien se jirriżenja jew ibigħ kull sehem li għandu f’entitajiet privati u ta’ negozju.  Dikjarazzjoni li kien għamel meta kien qed ikun ikkritikat bl-aħrax minn nies fil-Partit Nazzjonalista u qrib tiegħu, b’mod partikolari b’rabta man-negozju. F’waħda mill-intervisti huwa kien saħansitra ddikajra li kien se jbigħ l-ishma tiegħ  f’dawn il-kumpanii b’mod assolut hekk kif jieħu t-tmexxija tal-partit.

54 pittura b’messaġġ favur l-ilma u n-natura

Għar-raba sena konsekuttiva, l-istudenti tal-kulleġġ San Injazju ingħaqdu mal-kampanja “Catch the Drop” ta’ HSBC biex permezz tal-arti, jwasslu messaġġ b’saħħtu dwar is-sostenibilità tal-ilma u jiġbru l-flus għal Malta Community Chest Fund.

Matul dawn is-snin, bl-għajnuna tal-għalliema tal-arti, l-istudenti f’livell sekondarju ħejjew diversi pitturi li hekk kif jitlestew jitpoġġew għall-irkant. Irkant li iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar qed jikseb il-popolarita b’ dak tas-sena l-oħra jħalli iżjed minn 600 ewro fil-fond tal-Community Chest Fund.

Aqra aktar

Send this to a friend