Notifiki

Vann jieħu n-nar f’Pembroke

Vann safa maħruq għal raġuni mhix magħrufa matul il-lejl li għadda fi Triq Profs. Walter Ganado f’Pembroke.

Il-każ ġara għall-ħabta tal-11.20pm fejn fortunatament ħadd ma weġġa’.

Issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post.

Aktar dettalji malli jaslulna.

ATTENTAT TA’ ĦRUQ FL-UFFIĊJU TA’ JEFFREY P. ORLANDO – JIRNEXXI PARZJALMENT

Tul il-lejl li għadda seħħ attakk permezz ta’ ħruq fuq il-klinika dentali ta’ Jeffrey Pullicino Orlando. Kien ftit biss qabel nofsillejl li seħħ l-inċident fi Triq Dun Mikiel Xerri f’Ħaż-Żebbuġ.

B’xorti tajba, tank tal-petrol li tqiegħed mal-bieb tal-klinika ma splodiex, iżda laħaq ħa n-nar il-bieb tal-klinika.

Pullicino Orlando spejga li żgħażagħ mill-maħżen ta’ każin tal-banda fil-qrib kienu żvelti ħafna u rnexxilhom jitfu n-nirien qabel kompla jinfirex.

Aqra aktar

Ħarquha għax it-tobba qalu li mejta, imma ma kinitx…

Fi żvolta makabra oħra, iz-ziju tat-tfajla qed jakkuża lil żewġha u għaxart’irġiel oħra li stuprawha qabel ħarquha.

Aqra aktar

Send this to a friend