ħlas – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Minn għada tibda l-iskema t’għajnuna fil-ħlas tad-depożitu t’10% fuq proprjetà

 

Mill-Ħamis, żgħażagħ fost oħrajn se jibdew jibbenefikaw minn skema ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern fil-ħlas tad-depożitu tal-10% għall-ewwel proprjetà tagħhom. Din l-iskema se ssir b’investiment ta’ €3 miljun u li minnhom huwa stmat li jgawdu 300 applikant.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qalu li din l-iskema se tgħin żgħażagħ li jkunu eleġibbli li jissellfu mill-bank biex jixtru l-proprjetà tagħhom iżda ma jkollhomx biżejjed likwidità sabiex iħallu id-depożitu.

Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ordnat iħallas €13,500 lil tal-iskart

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kien ordnat iħallas kuntrattur tal-ġbir tal-iskart €13,500 li kienu għadhom jridu jitħallsu. Il-każ idur mad-differenza fil-ħlas bejn dak mifthiem fil-kuntratt ta’ġbir ta’ skart domestiku u l-ammonti mniżżla fl-invoices.

Dan perss li filwaqt li fil-kuntratt kien mifthiem li l-miżata togħla sena wara oħra, Xuereb Bros Lts baqgħu joħorġu l-invoices bil-prezz oriġinali.

Aqra aktar

Pijunieri: Euronews jiġu Malta biex jistudjaw is-sistema ta’ childcare bla ħlas

Euronews, permezz tal-programm Real Economy, ħassew li hemm bżonn jivestigaw il-passi li qed jittieħdu biex ommijiet u missirijiet Ewropej ikollhom ambjent li jippermettilhom ikollhom it-tfal. Pass li osservaw huwa importanti ħafna, meta tqis kemm il-poplazzjoni Ewropea qed tixjih.

Ħassew li l-aħjar post fejn jinvestigaw dan kollu huwa Malta. 

Mhux kumbinazzjoni, iżda kif spjega l-Ministru Edward Scicluna waqt intervista mal-ġurnalista Maithreyi Seetharaman, il-passi li ħadet Malta fejn jidħol childcare bla ħlas qed iħallu impatt reali.

Aqra aktar

Send this to a friend