Tobba jistqarru li fieq it-tieni persuna mill-HIV

Adam Castillejo minn Londra huwa t-tieni persuna li tfejjaq mill-HIV. Castillejo għadu ħieles mill-virus 30 xahar wara li waqqaf it-trattament.

Il-ġurnal Lancet HIV qal illi r-raġel fieq minn trattament ta’ ċellola staminali li rċieva bħala trattament għall-kanċer li kellu. Id-donaturi ta’ dawn iċ-ċelloli staminali għandhom ġene mhux komuni li tofrilhom protezzjoni kontra l-HIV.

Fl-2011, Timothy Brown imlaqqa il-pazjent ta’ Berlin, kien l-ewwel persuna li fieq mill-HIV, tliet snin u nofs wara li kellu trattament simili ta’ Castillejo.

Jgħix ħajja normali minkejja li għandu l-HIV

Iltqajna ma’ Christian Vincent Jung. Daniż ta’ 32 sena li ilu jbati mill-virus tal-HIV għal dan l-aħħar ħames snin.  Ma’ ONE News irrakonta kif sar jaf li għandu l-virus minn test ta’ rutina li għamel fid-Danimarka. F’24 siegħa minn meta sar jaf b’dan, kien diġa beda’ bit-trattament biex illum minkejja l-kundizzjoni, jgħix ħajja normali. Aqra aktar

Żieda fil-persuni bl-HIV f’Malta

L-għadd ta’ persuni infettati bl-HIV f’Malta żdied b’aktar minn 50% matul is-sena li għaddiet.

Dan joħroġ minn studju li ġie ppubblikat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard. Ir-rapport juri li fl-2017 aktar minn 25,000 ruħ kienu infettati bl-HIV fost il-pajjiżi Ewropej.Aqra aktar

Fearne iħabbar ‘rivoluzzjoni kbira’ b’risq il-pazjenti

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar dak li sejjaħ “rivoluzzjoni kbira” pjani biex tissaħħaħ is-sistema My Health għal kull vista li ssir fi klinika jew sptar privati u fl-isptarijiet pubbliċi. Din l-informazzjoni tinġabar f’record diġitali wieħed li jkun aċċessabbli minn tobba f’kull post f’Malta u Għawdex. Huwa qal li din se tagħti dik li tissejjaħ “continuity of care” lill-pazjenti.

Aqra aktar

Għeluq snin Freddie Mercury b’kuxjenza dwar l-HIV u l-AIDS

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru Hard Rock Café Malta ġewwa Bay Street Shopping Complex flimkien mal-‘Mercury Phoenix Trust’, ser ikun qegħdin jiċċelebraw it-72 sena tal-kantant leġġendarju Freddie Mercury. The Rock Troopers ser ikunu live fl-10.00pm, fejn ser jindaqqu l-akbar suċċessi tal-grupp Queen.

Aqra aktar

Send this to a friend