Heritage Malta – Page 2 – One News

Notifiki

Logħba bejn il-verità u l-miti

Ix-xahar ta’ Novembru dejjem jibda b’nota ta’ tkexkix hekk kif ifakkarna fil-mewt u fil-mejtin. Għalkemm maħbuba u rispettati, il-mejtin huma mistennija li jistrieħu fis-sliem biex iħallu lill-ħajjin ikomplu b’ħajjithom. Bosta jaħsbu li ċ-ċimiterji huma bliet tal-mejtin, iżda fir-realtà, dawn iservu biex iserrħu lill-ħajjin. Nhar il-Ġimgħa fl-għaxija, 1 ta’ Novembru, meta l-lejl ikun sieket u l-qamar ikun qed jokrob fid-dlam, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku biex jesperjenza vjaġġ stramb ta’ ritwali qodma, rivelazzjonijiet intriganti dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u lejl mhux tas-soltu fil-Palazz tal-Inkwiżitur il-Birgu. Aqra aktar

L-istorja ta’ Malta f’sensiela televiżiva

Storja Animalta hija l-aktar proġett riċenti ta’ Heritage Malta li se tqanqal iktar lit-telespettaturi biex jitgħallmu iktar dwar l-istorja u l-wirt kulturali tal-gżejjer Maltin.

Din se titwassal fid-djar tagħna permezz ta’ seba’ episodji qosra ta’ madwar nofs siegħa l-wieħed, b’narrattiva dwar karattru partikolari, grupp ta’ persuni, jew perjodu. Din is-sensiela se tiffoka fuq sitt ġrajjiet li jkopru 7,000 sena ta’ storja. Aqra aktar

Send this to a friend