Heritage Malta – One News

Notifiki

250 tifel u tifla pparteċipaw f’kompetizzjoni tal-arti ta’ Heritage Malta li saret fi żmien il-pandemija tal-COVID-19 biex juru l-ħiliet artistiċi tagħhom

250 tifel u tifla ta’ taħt is-16-il sena, ipparteċipaw f’kompetizzjoni tal-arti ta’ Heritage Malta li saret fi żmien il-pandemija tal-COVID-19, biex filwaqt li t-tfal kienu d-dar bla skola, sfruttaw il-potenzjal artistiku tagħhom. Aqra aktar

Heritage Malta se tilqa’ webinar dedikat lil Wirt Kulturali Diġitali

Nhar is-Sibt, 9 ta’ Mejju, mis-2:00pm sal-4:00 p.m., Heritage Malta flimkien mal-Università tat-Teknoloġija f’Ċipru se tkun qed tlaqqa’ webinar iddedikat lil Wirt Kulturali Diġitali li qed jiġi organizzat biex jikkommemora l-Ġurnata tal-Ewropa. Dan il-webinar li se jiġi indirizzat minn Dr José Herrera, Ministru tal-Wirt Kulturali, Arti u Gvern Lokali ta’ Malta,  se jġib flimkien lil tnejn mill-iżgħar nazzjonijiet tal-Unjoni Ewropeja – Malta u Ċipru. Aqra aktar

Heritage Malta tniedi l-proġett #IsolationCreation

Ironikament, filwaqt li l-imxija tal-COVID-19 sfurzat lil kulħadd biex joqgħod ġewwa, fl-istess ħin irnexxielha tillibera potenzjal enormi li kien hemm mistur f’ħafna minna. Illum, bosta huma dawk li qed jiskopru li kapaċi jpinġu, jiddisinjaw, jiktbu, jiżfnu u 100 ħaġ’oħra kreattiva li qabel qatt ma kellhom ħin għalihom. Aqra aktar

COVID-19: HM tagħlaq il-mużewijiet u t-teatri pubbliċi

Wara diskussjonijiet li saru matul dawn l-aħħar sigħat bejn il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa pubblika fi ħdan l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru, il-Gvern qiegħed iħabbar li bħala mezz ta’ prekawzjoni għall-imxija tal-COVID-19, il-mużewijiet nazzjonali operati minn Heritage Malta, teatri pubbliċi u avvenimenti kulturali tal-massa organizzati minn xi entità pubblika qegħdin jiġu sospiżi għaż-żmien li ġej, sakemm jinħareġ kommunikat uffiċjali ieħor. Aqra aktar

Send this to a friend