Għal snin twal, speċjalment meta saru kampanji fl-iskejjel dwar kif it-tfal għandhom ifittxu l-għajnuna tal-179, mhux darba u tnejn li ġenituri setgħu jikkummentaw dwar kemm jista’ jkun li uliedhom qegħdin jingħataw arja żejda.
Iżda, kelliema għall-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) qalet mal-gazzetta KullĦadd li persuni taħt it-18-il sena huma fost l-inqas li jużaw is-servizz ta’ għajnuna li joffri dan in-numru li issa daħal fil-25 sena tiegħu.
“Għal kontra ta’ dik li hija l-perċezzjoni tal-pubbliku inġenerali, ma tantx iċemplu minuri. Peress li aħna membri wkoll tal-organizzazjoni dinjija, Child HelpLine International, nixtiequ ħafna li tfal u żgħażagħ li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli ma jiddejqux li jċemplu fuq il-linja tagħna. Is-Supportline 179 mhux qiegħed hemm biex jagħti arja żejda lit-tfal iżda huwa mezz ta’ kif tfal li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli jistgħu jfittxu l-għajnuna,” qalet il-kelliema tal-fondazzjoni.
Aqra aktar