B’rabta mal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika tnieda helpline fejn wieħed jista’ jsaqsi dwar il-miżuri li tħabbru u kif dawn se jolqtuk. Aqra aktar

B’rabta mal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika tnieda helpline fejn wieħed jista’ jsaqsi dwar il-miżuri li tħabbru u kif dawn se jolqtuk. Aqra aktar
Tnieda l-helpine 1770, li se jipprovdi għajnuna u appoġġ 24 siegħa kuljum lil persuni li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali f’dan iż-żmien. Dan sar b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Fondazzjoni Richmond. Aqra aktar
Il-fondazzjoni għas-servizzi ta’ ħarsien soċjali rċeviet iktar minn 500 telefonata fl-ewwel ġimgħa mindu nfetħet il-linja 1772 għal dawk li jinsabu f’solitudni minħabba l-Coronavirus. Aqra aktar
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat nieda diversi inizjattivi sabiex, fiċ-ċirkostanzi preżenti minħabba l-imxija tal-Coronavirus, sitwazzjoni li qed tolqot ukoll lis-settur tal-volontarjat, ikun f’pożizzjoni li jassisti kemm lis-settur tal-volontarjat kif ukoll lill-pubbliku. Aqra aktar
Fi tliet ġimgħat, id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg irċieva mas-6,000 mistoqsija b’rabta mat-tliet pakketti ta’ miżuri mħabbra mill-Prim Ministru b’mod speċjali mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tul it-tliet ġimgħat li għaddew. Aqra aktar
Ċempel 1772 jekk qed tħossok waħdek, iżolat jew sempliċiment tixtieq tgħid kelma. Il-Gvern nieda helpline ġdid kontra s-solitudni li forsi f’dan il-perjodu taż-żmien li għaddejjin minnu jkun hawn min iħossu waħdu jew sempliċiment jixtieq jibqa’ f’kuntatt ma’ xi ħadd. Aqra aktar
Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza qed jassigura l-ħarsien tas-saħħa b’miżuri li jħarsu lill-ħaddiema u ċ-ċittadini li jiffrekwentaw il-Qorti.Aqra aktar
Wara li ngħata l-parir u ġie mħeġġeġ biex kemm jista’ jkun l-anzjani ma joħorġux mid-djar tagħhom, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, qed iniedu helpline għal dawk l-anzjani li għandhom bżonn in-neċessitajiet u m’għandhom lil ħadd biex jgħinhom.Aqra aktar
Illum ġie mniedi helpline mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur bl-għan li jassisti lit-turisti, lill-lukandiera u nies fl-industrija f’mistoqsijiet b’rabta mal-COVID-19. Ftit tal-ġranet ilu l-istess awtorità bgħatet numru ta’ linji gwida lil kull lukanda liċenzjata għal aktar għarfien dwar is-suġġett. Madankollu, bil-għan li t-turisti jkunu assistiti b’mod aktar veloċi u dirett f’sitwazzjoni volatili, inħoloq il-helpline 21692447 u kif ukoll email: tourismcovid-19helpline@visitmalta.com. Aqra aktar
L-ambaxxatur Malti għall-Greċja Joe Cuschieri qal li sa issa ma jidhirx li hemm Maltin fost is-60 ruħ li mietu kawża ta’ nirien qawwija ġewwa Attiki fil-Greċja.
Send this to a friend