Dak li se jiġri llejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Illejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista se tkun qed issir Konferenza Ġenerali Straordinarja li se tkun qed tlaqqa’ lid-delegati tal-Partit Laburista taħt saqaf wieħed biex fost oħrajn jivvotaw għall-preferenza tagħhom bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament.

Dan ipoġġi piż u responsabbiltà importanti fuq id-delegati tal-Partit Laburista hekk kif il-vot tagħhom se jkun qed iwassal għall-għażla finali ta’ Deputat Mexxej, għażla li jridu jagħmlu bejn tliet kandidati li huma l-Ministru Helena Dalli, il-Ministru Chris Fearne u l-Ministru Edward Scicluna.

Aqra aktar

Kburija bid-delegati tal-Partit Laburista – Helena Dalli

“Fi tmiem kampanja elettorali għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista nistqarr li għal darb oħra għext esperjenza mill-isbaħ. Ikkonfermajt kemm il-Partit Laburista hu mogħni b’delegati u attivisti li għandhom għal qalbhom il-Partit.”

Dan qalitu l-Ministru Helena Dalli fi stqarrija fejn spjegat li għaliha f’dan kollu l-iżjed importanti kien li kompliet tikkonferma kemm aktar kemm id-delegati huma s-sisien ta’ dan il-Partit; Partit b’saħħtu li f’għajnejhom jibqa’ l-ikbar strument ta’ bidla fil-pajjiż.

Aqra aktar

Appoġġ mifrux għall-kandidatura tal-Ministru Helena Dalli

Esponenti u attivisti tal-Partit Laburista minn ġenerazzjonijiet u sfond differenti ddikjaraw l-appoġġ tagħhom lejn il-kandidatura għal Deputat Mexxej ta’Helena Dalli. Dan lejlet li tibda tiltaqa’ l-konferenza ġenerali straordinarja.

Alex Saliba, protagonist bħala President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fl-aħħar kampanja elettorali, iddikjara li l-għażla ta’ Helena Dalli hi waħda ovvja għall-attivisti tal-Partit Laburista jekk kemm –il darba jikkunsidraw l-esperjenza tagħha ta’ 38 sena fl-istrutturi tal-partit sakemm illum il-Prim Ministru Joseph Muscat fdaha b’wieħed mill-iktar Ministeri importanti, proprju dak li kellu l-eks Deputat Prim Ministru Louis Grech. “Gvernijiet Laburisti , fuq l-għażla tal-prim ministru, taw lill-pajjiż l-ewwel ministru mara, l-ewwel president mara u l-ewwel Speaker tal-kamra mara.   Issa jmiss lilna d-delegati, bħala partit, li nkomplu niktbu l-istorja.   Għandna l-opportunità li neleġġu l-ewwel Deputat Mexxej mara, neħduha,” qal Alex Saliba.

Aqra aktar

“Id-delegati tal-PL jistgħu jerġgħu jiktbu l-istorja”

Stqarrija maħruġa mill-Ministru Helena Dalli

Din il-ġimgħa d-delegati tal-Partit Laburista reġa’ għandhom l-opportunità li jiktbu l-istorja. Dan billi jaħtru mara f’waħda mill-ogħla karigi ta’ tmexxija tal-Partit u konsegwenza ta’ hekk tal-pajjiż.

Jekk jagħmlu dan id-delegati tal-Partit Laburista jkunu qed iżommu mat-tradizzjoni tal-Partit Laburista li mill-gvern dejjem kien fuq quddiem nett biex ta sehem lill-mara fl-ogħla karigi tal-pajjiż.

Kien il-Partit Laburista mill-gvern li ħatar l-ewwel Ministru mara,  kien Partit Laburista mill-gvern li ħatar l-ewwel President tar-Repubblika mara u kien Partit Laburista mill-gvern li ħatar l-ewwel speaker mara.

Aqra aktar

Il-Gvern jibqa’ jżomm mal-prinċipji

Il-Kumitat għall-Abbozzi tal-liġijiet kompla jiddiskuti fi stadju tat-tielet qari l-emendi għal-liġi li għandha ġġib l-ugwaljanza fiż-żwieġ.

L-andament tal-laqgħa fi stadju ta’ kumitat segwa dak tal-ewwel parti tul il-jum tal-Ħamis fejn l-Oppożizzjoni baqgħet tagħmel emendi li jmorru kontra l-ispirtu tal-liġi ta’ lingwaġġ newtrali bin-naħa tal-gvern, partikolarment il-Ministru Helena Dalli, tfakkar li din hi liġi maħsuba biex iġġib l-ugwaljanza u mhux maħsuba biex ikun hemm l-għażliet bħal li kieku wieħed qieggħed f’xi supermarket.

Aqra aktar

Helena Dalli tniedi l-kampanja ‘Mara Magħkom’

Fl-isfond tal-monument tal-Ħelsien fil-Birgu, il-Ministru Helena Dalli nediet il-kampanja tagħha bit-tema ‘mara magħkom’ għal kariga ta’ Deputat Mexxej għall-affarijiet Parlamenatri tal-Partit Laburista.

Il-Ministru dalli irreferiet għat-38 sena esperjenza ta’ ħidma li għamlet s’issa fil-Partit Laburista u spjegat li 21 sena minnhom għamlithom fi-Parlament. Saħqet li ħadmet fil-Partit Laburista mhux biss fi żmien ta’ glorja iżda anke fi żminijiet diffiċli. Semmiet li tefat ħarsitha fuq din il-kariga wara li anke ġiet imħeġġa mill-Prim Ministru. Saħqet li hi tinsab fuq l-istess paġna ta’ prinċipju li għandu Joseph Muscat u li l-lealtà tagħha tibqa’ lejn it-tmexxija tal-Partit Laburista.

Aqra aktar

Il-ħwienet jistgħu jibdew jiftħu kuljum

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministri Chris Cardona u Helena Dalli ħabbru regoli vantaġġjużi biex in-negozji jkunu jistgħu jikkompetu b’mod aktar ġust.

Filfatt issa, ħwienet li mhux permessi jiftħu l-Ħadd, f’kull lokalità jistgħu jiftħu l-istess bħal ħwienet oħra bejn l-erbgħa ta’ filgħodu u s-sebgħa ta’ filgħaxija.

Dan mingħajr il-bżonn li jgħalqu f’jum ieħor; u mingħajr ma jiġi kkomunikat lid-Dipartiment tal-Kummerċ u mingħajr ħlas addizjonali.

Fejn jidħol ħlas ta’ liċenzji, tneħħa l-bżonn ta’ liċenzji kummerċjali, u magħhom l-ħlas obbligatorju biex dawn jiġġeddu. Din il-miżura ffrankat lill-15,000 negozju, mal-€1.4 miljun fis-sena globalment.

Aqra aktar

Send this to a friend