L-Unjoni Ewropea teħtieġ sistema ta’ rilokazzjoni mandatorja u kooperazzjoni sħiħa mal-pajjiżi tal-oriġini biex effettivament tegħleb il-kriżi tal-migrazzjoni – Helena Dalli

Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-Affarijiet Ġenerali, il-Ministru għall-Affarjiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli tenniet il-pożizzjoni ta’ Malta favur sistema ta’ rilokazzjoni mandatorja tal-immigranti biex ikollna solidarjetà effettiva, u mhux volontarja. Hija qalet dan fil-kuntest tat-taħdidiet li għaddejjin dwar ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.   

Aqra aktar

Diskussjonijiet favur aktar ugwaljanza bejn is-sessi.

L-Istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tal-Kunsill tal-Ewropa tiddikjara li l-ugwaljanza effettiva bejn in-nisa u l-irġiel għadha mhix realtà. Dan kien is-suġġett ta’ diskussjoni f’konferenza organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza l-Ħamis filgħodu.Aqra aktar

Bżonn ta’ iktar importanza lejn il-politika ta’ koeżjoni, mhux tnaqqis fil-fondi tagħha – Il-Ministru Helena Dalli

Il-Ministru Helena Dalli elenkat l-importanza tal-politika ta’ koeżjoni bħala inċentiv għall-investiment u biex jitkabbar il-kummerċ bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea waqt diskussjonijiet fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tal-UE dwar is-sitwazzjoni tal-qafas finanzjarju tal-UE wara s-sena 2020.

Aqra aktar

ARA: Jiżdiedu l-fondi Ewropej għall-imsieħba soċjali

Matul l-2017 MEUSAC assistiet 87 għaqda mhux governattiva, entità tal-gvern u kunsill lokali jiksbu iktar minn €14-il miljun fondi Ewropej. Minnhom, 18% għaddew għal kunsilli lokali u għal għaqdiet Għawdxin. Dan ħareġ mill-ewwel rapport annwali ta’ MEUSAC bħala aġenzija, ippreżentat waqt laqgħa tal-Core Group ta’ MEUSAC.

Aqra aktar

Importanti li l-qorti Ewropea tal-awdituri tingħata aktar viżibilità – Helena Dalli

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-ugwaljanza, l-Onor. Helena Dalli, fetħet il-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li saret illum il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju 2018 billi saħqet fuq l-importanza li Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tingħata aktar viżibiltà fejn jidħol l-operat tagħha.

Dan b’hekk iwassal sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu aktar konxji ta’ kif u fejn qegħdin jintefqu t-taxxi tagħhom dovuta lill-Unjoni Ewropea.

Il-laqgħa kompliet bi preżentazzjoni mis-sur Leo Brincat li huwa l-membru Malti appuntat fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.  Beda billi hu wkoll kompla jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-viżibilta’ tax-xogħol li qiegħed isir min-naħa tagħhom sabiex il-poplu jkun konxju ta’ dan kollu.  Kompla billi tenna li bħala Qorti Ewropea tal-Awdituri, dawn jaħdmu spalla ma’ spalla kemm mal-kummisjoni u kif ukoll il-Parlament Ewropew sabiex ikomplu jsaħħu u jikkonsolodaw djalogu kontinwu għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

Semma wkoll kwistjonijiet u affarijiet kurrenti li bħalissa bħala Qorti Ewropea tal-Awdituri qegħdin jiddiskutu fosthom l-impatt li se jħalli ‘Brexit’, il-‘Multiannual Financial Framework’ u ‘cyber security’ fost oħrajn.  Tenna ukoll fuq l-importanza u l-frott li qegħda tħalli l-introduzzjoni tal-awditjar fuq bażi ta’ prestazzjoni.

Min-naħa l-oħra, semma ukoll u enfasizza l-importanza tal-bank tal-Iżvilupp Malti u kif dan se jagħti lok sabiex jitjiebu u jkomplu jikkonsolidaw ir-rabtiet preżenti ta’ Malta mal-EFSI.

Għalaq din il-laqgħa billi sostna li l-irwol aħħari tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri huwa dak li jservi ta’ element essenzjali fejn tidħol il-katina tar-responsabilta fi ħdan l-Unjoni Ewropeja.

Wara l-preżentazzjoni tas-Sur Leo Brincat, is-Sħab Soċjali kellhom l-opportunita’ li jiddiskutu u jikkjarifikaw ċertu punti li ssemmew.

Il-Gvern hu kommess li l-kunċett ta’ paga ndaqs jitwettaq fil-prattika

Il-Bord għar-relazzjonijiet tal-impjiegi għaddej b’diskussjonijiet biex ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem jaslu għal proposti dwar kif tista’ tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-liġi tax-xogħol preżenti li tħares l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-pagi.

F’konferenza tal-aħbarijiet, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Helena Dalli aċċenat li l-Gvern huwa kommess li jassigura li l-kunċett ta’ paga ndaqs għal xogħol ta’ l-istess valur jitwettaq fil-prattika mingħajr eċċezzjonijiet. “Dan il-kunċett għandu wkoll jassigura u jsaħħaħ l-impenn li ma ssir ebda diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol abbażi ta’ sess” qalet il-Ministru Dalli.

Aqra aktar

Jitressaq abbozz ta’ liġi li jirregola d-dożi ta’ radjazzjoni lill-ħaddiema u lill-pazjenti

L-oqsma nukleari u tar-radjazzjoni f’pajjiżna ser ikollhom għall-ewwel darba qafas regolatorju konformi mal-istandards tal-Unjoni Ewropea u tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, dan permezz tal-Att dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni li llejla għadda mill-istadju tat-tieni qari fil-Parlament.

L-abbozz ta’ liġi jipproponi qafas leġiżlattiv xieraq għall-użu u sikurezza tar-radjazzjoni f’pajjiżna, dan billi jikkonsolida regolamenti eżistenti u jimplimenta r-rekwiżiti tat-Trattat Euratom u d-Direttiva Basic Safety Standards, u konvenzjonijiet u protokolli internazzjonali oħra relatati mas-sigurtà radjuattiva u nukleari.

Aqra aktar

Send this to a friend