Il-progress qawwi miksub fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-aħħar ħames snin imfaħħar fl-ogħla forum internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti

Waqt it-tielet Eżami Perjodiku Universali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Malta, pajjiżna kien imfaħħar għall-progress miksub fl-aħħar ħames snin. Il-progress kien xprunat mill-bidla fil-mentalità ta’ nazzjon li nħeles mill-ktajjen konservattivi biex illum, kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni, ingħata d-dinjità li tixraqlu.

Aqra aktar

Dwar l-immigrazzjoni hemm bżonn li naraw progress u mhux sempliċiment diskussjonijiet li fuqhom ma tittieħed l-ebda azzjoni – Helena Dalli

Waqt laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli tkellmet dwar l-importanza li l-Unjoni Ewropea jkollha mekkaniżmu ċar u ġust bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rilokazzjoni tal-immigranti. Il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali kellu fuq l-aġenda l-preparazzjoni għas-summit tal-mexxejja Ewropej li se jsir f’Diċembru li ġej, u li se jkompli jiddiskuti l-immigrazzjoni fost materji oħra kif ukoll il-Baġit tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2021-2027.

Aqra aktar

Baġit 2019- għal għajxien aħjar għall-familji kollha

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-baġit għas-sena d-dieħla jolqot b’mod pożittiv lil kull familja b’mod partikolari lill-ħaddiema bil-paga minimia.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-Ministru Dalli qalet kif permezz tal-mekkaniżmu li ddaħħal is-sena li għaddiet inħolqot kummissjoni li tevalwa s-sitwazzjoni ta’ għajxien tal-familji li jgħaddu b’paga minima. Aqra aktar

‘Għal Ewropa aktar Soċjali’: Konsultazzjoni oħra mis-sensiela ‘Għid Tiegħek dwar l-Ewropa’

L-aġenda soċjali tal-Unjoni Ewropea kienet it-tema ewlenija ta’ konsultazzjoni pubblika organizzata mill-MEUSAC bis-sehem tal-Ministru għall-Affarjiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farrugia. Din kienet il-ħames minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet maċ-ċittadini li qegħdin isiru madwar l-UE fuq proposta tal-President Franċiż Emmanuel Macron biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jisimgħu aktar x’jaħsbu ċ-ċittadini Ewropej dwar x’tip ta’ Unjoni jridu.

Aqra aktar

‘Il-Persuni LBTIQ għandhom bżonn min jifimhom u mhux maħfra jew fejqan’ – Helena Dalli

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli sostniet li ż-żgħażagħ LGBTIQ għandhom bżonn min jifhimhom u mhux nies li jgħidulhom li għandhom bżonn il-maħfra jew il-fejqan.

Dr. Dalli qalet dan illejla fil-Parlament b’reazzjoni għal dikjarazzjoni omofobika li għamel parteċipant ta’ X Factor, il-Ħadd li għadda fuq l-istazzjon nazzjonali.Aqra aktar

Send this to a friend