Helena Dalli quddiem l-MEPs fit-2 ta’ Ottubru

Is-smigħ ta’ Helena Dalli se jsir fit-2 ta’ Ottubru li ġej. Dan hekk kif il-Parlament Ewropew qabel fuq l-iskeda li se jħaddem biex jisma’ x’għandhom xi jgħidu l-Kummissarji Ewropej nominati ġodda.

L-ewwel smigħ se jsir fit-30 ta’ Settembru u l-aħħar wieħed fit-8 ta’ Ottubru. Helena Dalli hija nominata bħala Kummissarju għall-Ugwaljanza, nomina li ntlaqgħet tajjeb ħafna anke b’mod internazzjonali.

Il-vot finali fuq il-Kummissjoni Ewropea jittieħed fl-1 ta’ Novembru.

Oppożizzjoni inkonsistenti dwar il-liġi tal-kera

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, immarka l-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni dwar il-liġi tal-kera. Meta fuq ONE Radio kien mistoqsi dwar ir-riforma f’din il-liġi, il-Prim Ministru tenna li ma jistax jifhem kif wara proċess bħal dak ta’ white paper u konsultazzjoni, l-Oppożizzjoni kienet qisha qiegħda taqbel. F’ daqqa waħda, għaliex kien hemm nuqqas ta’ qbil mal-Kamra tal-Kummerċ u mal-MDA, l-Oppożizzjoni biddlet fehmitha. Aqra aktar

Send this to a friend