Latrini newtrali dalwaqt f’pajjiżna

F’Malta se jibda jkun hawn latrini b’ġeneru newtrali, jiġifieri aċċessibbli minn kull tip ta’ sessi. Dawn il-latrini se jibdew jeżistu fil-Ministeri, u dalwaqt fil-latrina pubblika ta’ Raħal Ġdid, bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-pjazza.

Aqra aktar

Imniedi premju għal min se jservi bi tbissima

Il-premju servizz bi tbissima qed jingħata għat-tieni darba, biex jinkoraġġixxi relazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-konsumaturi u min ibiegħ.

Illum tnieda t-tieni edizzjoni ta’ dan il-premju, bil-ghan li jagħraf lill-bejjiegħa u dawk li jipprovdu servizz, meta jaqdu l-klijenti tajjeb u jkollhom servizz tajjeb wara l-bejgħ.

Aqra aktar

Is-saħħa u s-sigurtà fil-Premju Ħaddiem tas-Sena

Infetħu n-nominazzjonijiet għall-premju ħaddiem tas-sena u f’kuntest li l-ekonomija sejra tajjeb ħafna l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, spjegat il-bżonn li x-xogħol tal-ħaddiema jiġi ppremjat.

Hija sostniet kif riżultat ta’ iżjed investimenti f’Malta, qed jiġu mħarrġa u impjegati iżjed persuni li jwassal biex dawn isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom. L-għan prinċipali ta’ dan il-premju huwa li jiġi ppremjat l-aqwa tim.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jisma’ dwar ir-rigal li huma wliedna

“Uliedna rigal” huwa ktieb li kien preżentat dalgħodu lill-Prim Ministru mill-grupp Drachma LGBTI u Drachma Parents Group.

Wara tmien snin jisimgħu esperjenzi differenti ta’ xulxin, ġenituri ta’ persuni LGBTIQ xtaqu jiddokumentaw l-istejjer li semgħu, għaliex qatt ma kien hawn ġabra ta’ kitba simili bil-Malti.

Aqra aktar

Skema favur bjut ħodor

Dalgħodu l-MCCAA nediet proċess ta’ standardizazzjoni dwar il- kostruzzjoni ta’ bjut ħodor. Skema li se tkun qed tħajjar aktar nies jħawwlu pjanti fuq il-bjut taghhom.

Aqra aktar

29 NGO jibbenefikaw minn għajnuna mill-Gvern

Għall-ewwel darba, il-Gvern se jidħol fi grant agreements ma’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs) fil-iskema Voluntary Organizations Projects Scheme (VOPS).

B’kollox intlaqgħu 23 proġett minn 77 applikazzjoni mis-settur volontarju, u b’kollox se tkun allokati€682,330 bejn 29 għaqda mhux govenrattiva u li lkoll huma affiljati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-NGOs.

F’konferenza ta’ l-aħbarjiet intqal li l-kumplament tal-fondi se jmorru f’fond biex f’Awwissu tinħareġ sejħa li minnha jkunu jistgħu jibbbenefikaw dawk li fl-ewwel sejħa ma kkwalifikawx.

Aqra aktar

Użu aħjar tal-laboratorji Maltin

Fl-aħħar jiem , kif imħabbar fil-baġit , twaqqfet l-Malta Laboratories Network fi ħdan il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.

Bħala l-ewwel pass ġie ffirmat memorandum of understanding biex il-Gvern juża l-laboratorji tal-korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għal xogħol xjentifiku.

Ic-chairman tal-Malta Laboratories Network Anthony Serracino Inglott semma ftit mix-xogħol li se jiġi annalizat fil-laboratorji tal-korporazzjoni, fosthom prodotti tal-ikel.

Aqra aktar

Iffirmata dikjarazzjoni favur l-inklużjoni

Ftit tal-ħin ilu l-Ministru Helena Dalli għadha kemm iffirmat dikjarazzjoni għall-inklużjoni fil-postijiet tax-xogħol waqt l-IDAHO Forum li qed isir f’Copenhagen.

Il-Ministru Dalli indirizatt wkoll konferenza ta’ organizazzjonijiet LGBTIQ fejn tkellmet dwar il-progress li sar f’Malta fuq drittijiet ċivili matul l-aħħar snin. Hija spjegat kif it-tmexxija ta’ dan il-Gvern f’dan il-qasam kienet importanti ħafna.

Aqra aktar

Send this to a friend