Heathrow – One News

Notifiki

L-Ajruport ta’ Heathrow iħassar numru ta’ titjiriet wara li ntlemaħ drone fl-inħawi

Titjiriet li kienu skedati biex jitilqu mill-Ajruport ta’ Heathrow f’Londra tħassru wara li ntlemaħ drone fl-inħawi.

Kelliema għall-aktar ajruport bieżel fl-Ingilterra qalet li t-tmexxija tal-ajruport qed taħdem mal-Pulizija biex tkun imwaqqfa kwalunkwe theddida lis-sigurtà. Qalet ukoll li xi titjiriet se jibqgħu mħassra sakemm ikunu għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet.

L-Ajruporti Gatwick u Heathrow b’investiment f’teknoloġiji ġodda wara l-inċident bid-drones

L-ajruporti Ingliżi Gatwick u Heathrow mistennija jonfqu miljuni fuq teknoloġija kontra d-drone wara dak li seħħ fl-ajruport ta’ Gatwick, li jinsab f’Sussex, l-Ingilterra, qabel il-Milied. L-apparat jista’ jiskopri u jwaqqaf il-komunikazzjoni bejn id-drone u l-operatur.  Mal-1,000 titjira ġew ikkanċellati fuq perjodu ta’ tlett ijiem minħabba l-inċident bi drone fit-tieni l-aktar ajruport bieżel fl-Ingilterra.

Filwaqt li l-ajruport ta’ Gatwick qal li nefaq mal-£5 miljun biex jevita attakki futuri, Heathrow ikkonferma li se tkun qed tixtri s-sistemi.

Aktar minn 140,000 passiġġier f’Gatwick ġew affettwati waqt 36 siegħa ta’ kaos bejn id-19 u l-21 ta’ Diċembru li għadda.

Jekk issiefer ħafna lejn l-Ingilterra…

…għandek aħbarijiet tajba.

L-ajruport ta’ Heathrow se jikber fid-daqs. Dan wara li l-espansjoni ġiet apporvata minn kumitat ta’ Ministri fil-parlament Ingliż. Din hija deċiżjoni li Downing Street għad trid tikkonferma uffiċjalment, u s-Segretarju għat-Trasport Chris Grayling mistenni jagħmel stqarrija aktar tard illum.

Studju li sar is-sena li għaddiet irrakkomanda li tinbena t-tielet runway f’Heathrow, pero qed ikun ikkunsidrat runwat f’Gatwick minflok, jew inkella li tkun estiża runway diġa eżistenti f’Heathrow.

Send this to a friend