Notifiki

Donazzjoni b’differenza mill-istudenti tal-Agrikummerċ lill-Community Chest Fund

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ppreżenta prodotti tal-ħaxix li tkabbru mill-istudenti tal-Agrikummerċ bħala donazzjoni lill-Community Chest Fund. Dawn il-prodotti tal-ħaxix huma riżultat tax-xogħol li sar minn studenti li qed jistudjaw dan is-suġġett fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq, li tagħmel parti mill-Kulleġġ ta’ San Injazju.Aqra aktar

Il-Gvern qed jevalwa l-iskema tat-tqassim tal-frott, ħaxix u ħalib fl-iskejjel

Il-Gvern ħa nota tar-reazzjoni tal-pubbliku u l-għalliema fir-rigward tal-iskema tat-Tqassim tal-Frott, Ħaxix u Ħalib fl-iskejjel.

Fid-dawl ta’ dan, permezz tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, beda l-proċess biex jiġi evalwat kif l-iskema tat-Tqassim tal-Frott, Ħaxix u Ħalib fl-iskejjel tista’ tiġi mtejba minn aspett aktar ħolisitiku.Aqra aktar

Il-bejgħ tal-pastizzi jaf żdied, imma interessanti x’qed jiġri bil-qarabagħli u l-patata

Bejn Ġunju u Diċembru tal-2016, il-volum ta’ frott u ħaxix frisk mibjugħ fi swieq lokali ammonta għal 17.6 miljun kilogramma, li jfissru €10.3 miljuni.

Dan ifisser tnaqqis ta’ 10.9%, filwaqt li l-valur tal-prodott wholesale żdied b’4.% fuq l-istess perjodu fl-2015. Naqset notelvolment il-provista tal-qarabagħli, b’27.3%. Il-patata naqset b’24.9% u d-dulliegħ naqas b’25.1%, filwaqt li l-ħass naqas b’14.9%.

Skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-ammont ta’ frott frisk mill-art Maltija naqas b’46.8%, bl-eċċezzjoni tar-rummien, li żdied b’1.4%. Dan riżultat tan-nuqqas ta’ xita li għamlet.

 

LIBERATI mill-akkużi ta’ omiċidju – il-vittma daħlet f’paniku meta mess magħha ħaxix tal-baħar

Inħelsu mill-akkużi żewġt’irġiel akkużati bl-omiċidju involontarju ta’ mara ta’ 25-il sena minn Ħaż-Żabbar li mietet waqt li kienet qed tgħodos f’attività b’risq il-karità.

Iż-żewġ irġiel huma Joseph Formosa, għaddas kwalifikat, u Ivo Caruana, għalliem tal-għadds b’27 sena esperjenza, affiljat ma’ Atlam u liċenzjat mal-Hyperbairc Unit f’Mater Dei. Dawn organizzaw il-ħdax-il edizzjoni ta’ avveniment ta’ ġbir ta’ fondi, li għaliha Tamara Psaila kienet attendiet bħala volontiera.

Il-Qorti semgħat kif f’Lulju 2009, għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu, Psaila u l-għarus tagħha imlew kwestjonarju u għamlu eżami mediku biex jiżguraw li kienu kapaċi jagħmlu l-isfida. Dawn kienu prekawzjonijiet li ttieħdu minkejja li l-baħar fejn saret l-attività ma kienx fond ħafna.

Qabel marru fl-ilma, il-parteċipanti kollha ingħataw informazzjoni dwar l-użu ta’ l-għodda tal-għadds, u qalulhom x’jagħmlu f’każ ta’ emerġenza. Kienet emfasizzata l-importanza tad-dixxiplina taħt l-ilma u li kellhom jibqgħu tnejn tnejn filwaqt li jżommu distanza tajba minn xulxin sabiex ikun jistgħu jimmanuvraw b’mod sigur taħt l-ilma.

Aqra aktar

Il-Maltin jieħdu frott u ħxejjex?

Il-Maltin jikklasifikaw fis-sitt post fost il-persuni li jieħdu minn tal-inqas ħames frottiet jew ħxejjex kuljum. Dan skont l-istatistika tal-Eurostat, li tgħid li persuna waħda minn kull seba’ fl-Unjoni Ewropea u li għandhom ‘il fuq minn 15-il sena, jieħdu minn tal-inqas ħames frottiet jew ħxejjex ta’ kuljum.
Aqra aktar

Send this to a friend