ħatra – One News

Notifiki

Prof. Carmen Sammut tinħatar bħala Chairperson tal-PBS

Il-Professur Carmen Sammut inħatret bħala Chairperson tal-Public Broadcasting Services (PBS). Waqt laqgħa ġenerali annwali, il-Gvern ħabbar il-bord tal-PBS li se jkun magħmul miċ-Chairperson flimkien ma’ tmien Diretturi li kollha ġejjin minn sferi differenti tas-soċjetà.Aqra aktar

Simon Schembri jinħatar Surġent tal-Pulizija

L-Uffiċjal tal-Pulizija Simon Schembri nħatar fil-kariga ta’ surgent it-Tnejn waqt ċerimonja mmexxija mill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-Ministru Michael Farrugia.

Il-Ministru qal li ċ-ċerimonja tal-lum hi pass ieħor ’il quddiem fejn Simon Schembri ġie maħtur fil-kariga ta’ surġent. Schmebri ingħata din il-kariga minħabba l-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija. Simon Schembri rnexxielu jwaqqaf ukoll fondazzjoni li tgħin lill-membri tal-korpi dixxiplinati meta jkollhom bżonn l-għajnuna. Kien l-ispirazzjoni wkoll biex il-gvern iħaffef il-miżura mħabbra fil-baġit u jdaħħal skema ta’ assigurazzjoni għall-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati kollha, li mistennija titwettaq din is-sena.

Il-Kummissarju Lawrence Cutajar fakkar li ċ-ċerimonja tat-Tnejn kienet waħda importanti għall-Korp tal-Pulizija, għax hi riżultat tax-xogħol li rnexxielu jikseb Simon Schembri wara l-inċident.

Ħatra prestiġjuża fuq il-Bord tal-Awdituri tal-European Stability Mechanism

Għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l- NAO, se jkun rappreżentat fuq il-Bord tal-Awdituri tal-European Stability Mechanism, l-ESM, li ġiet imwaqqfa mill-Istati Membri fiż-żona ewro bħala istituzzjoni finanzjarja internazzjonali biex tgħin lil dawk il-pajjiżi li jużaw din il-munita li jkunu f’diffikultajiet finanzjarji. Ġiet imwaqqfa fis-27 ta’ Settembru 2012 essenzjalment biex tħares u tipprovdi aċċess fil-pront għal programmi ta’ assistenza finanzjarja, b’massimu ta’ self li jitla’ sa €500 biljun, lil dawk l-Istati Membri li jispiċċaw f’dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli.Aqra aktar

Ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni ġenerali ppreżentat lill-President

Il-Kummissarju Elettorali Ewlieni, Joseph Church preżenta r-riżultat uffiċjali tal-ewwel għadd tal-voti tal-elezzjoni ġenerali 2017 lil President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Dan qabel ma ssir il-ħatra tal-ġurament tal-Prim Ministru fis-sala tal-Ambaxxaturi. Skont Artiklu 80 tal-Kostituzzjoni, l-President ta’ Malta għandha s-setgħa li taħtar Prim Ministru.

Aqra aktar

Send this to a friend