Harry – One News

Notifiki

Qed jimxu fil-passi ta’ Charles u Diana!

Il-Prinċep Harry u Meghan Markle jinsabu f’Sydney, l-Awstralja, biex jibdew żjara uffiċjali fil-kontinent, u minn hemmhekk iżuru New Zealand, Fiji, u t-Tonga.

Din hija l-ewwel żjara uffiċjali tal-koppja wara ż-żwieġ tagħhom lura f’Mejju li għadda.

Huma qed jimxu mal-passi tal-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Diana, li wkoll kienu għażlu l-Awstralja u l-inħawi tal-Paċifiku għall-ewwel żjara uffiċjali tagħhom wara li żżewġu. Aqra aktar

Ward abjad fit-tieġ irjali b’tislima lill-Prinċipessa Diana

Meghan Markle se tkun qed tagħti tislima lill-Prinċipessa Diana billi tuża ward abjad biss fit-tieġ tagħha.
L-istilla ta’ 36 sena se tingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ mal-Prinċep Harry ta’ 33 sena.
Il-persuna li  se tkun qed tieħu ħsieb il-fjuri hija Philippa Craddock fejn qalet li l-fjuri se jinkludu ward abjad li kienu l-favoriti tal-prinċipessa Diana.

Għamel 20 sena “ma jaħsibx” dwar il-mewt ta’ ommu

Il-Prinċep Harry żvela kif hu fittex l-għajnuna war li għamel kważi 20 sena “ma jaħsibx” dwar il-mewt ta’ ommu, Diana, il-Prinċipessa ta’ Wales.

F’intervista ma’ the Daily Telegraph, hu qal li beda jipproċessa l-mewt ta’ ommu meta qabeż l-għoxrinijat sew – wara sentejn ta’ “kaos kbir” f’ħajtu.

Aqra aktar

Itellqu Kate, Harry u William – min jirbaħ?

Il-Prinċep Harry għaddha qishu żiffa minn ħdejn ħuh, il-Prinċep William u martu Kate, dan waqt li ħadu sehem f’tellieqa li saret bħala prova għall-Maratona ta’ Londra.

It-tliet membri tal-familja rjali libsu l-papopoċċ tal-ġiri u rħewlha għall-korsa tat-tiġrijiet fil-Park Olimpiku Queen Elizabeth f’Londra għall-kampanja mmirata biex tqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali, bl-isem ta’ “Head Together.

Aqra aktar

Send this to a friend