ħanut – One News

Notifiki

Fl-Amerika joqtlu uffiċjal tas-sigurtà għaliex ma ħalliex persuna tidħol f’ħanut mingħajr maskra

Fl-Istati Uniti omm, binha u r-raġel tal-omm ġew akkużati li qatlu uffiċjal tas-sigurtà wara li ma ħalliex lil bintha tidħol f’ħanut minħabba li ma kellix maskra li tgħatti l-wiċċ minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Calvin Munerlyn ta’ 43 sena miet wara li sparawlu f’ħanut f’Michigan, post li ntlaqat ħafna mill-pandemija tal-Coronavirus. Aqra aktar

BIL-FILMAT: It-teknoloġija tisfrattalhom serqa f’ħanut f’Birkirkara

Il-pjan ta’ żewġ ħallelin li jidħlu jisirqu minn ħanut li jinsab f’Birkirkara fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu sfaxxa fix-xejn hekk kif sid il-ħanut qam għall-ħabta tas-2:30 tas-Sibt filgħodu u nnota mis-sistema tas-sigurtà li għandu installata fuq il-mobile li żewġ ħallelin kienu qed jippruvaw jidħlu jisirqu fil-ħanut tiegħu. Aqra aktar

Raġel armat jisraq minn ħanut fil-Marsa

Raġel mgħammad u armat b’arma bil-ponta seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut fi Triq Ħal Qormi fil-Marsa.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs fejn minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija jidher li r-raġel armat daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel minn Santa Venera.

Wara s-serqa, r-raġel ħarab minn fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana. Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Send this to a friend