Ħamrun – Page 9 – One News

Notifiki

Aġġornat: Il-ħames qtil tas-sena riżultat ta’ diżgwid fuq it-tifel tal-allegat qattiel

Qiegħed jingħad, minn imkejjen qrib l-investigazzjoni kriminali, li l-ħames qtil għal din is-sena kien instigat minn argument dwar tifel. Tifel, li skont dak li hu l-allegat qattiel, kien stmat ħażin mill-vittma.

Kurt Grech, li bħalissa jinsab rikoverat Mater Dei, għandu wild minn ma’ mara li riċentament bdiet toħroġ ma’ Brandon Pace, il-vittma.

Aqra aktar

“Miġruħ minħabba fi dnubietna”

Hekk qal il-profeta Iżaija fuq Sidna Ġesu’ Kristu.  U hekk jismgħa r-rappreżentazzjoni li l-Propera Avgesco Drama Group tal-Ħamrun ser ikun qed itella’ din is-sena fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Din hija r-raba’ rappreżentazzjoni ħajja li ser ikun qed jorganizza dan il-grupp bis-sehem sħiħ tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, fejn għaldarba oħra iz-zuntier tal-parroċċa San Gejtanu ser jinbidel fil-belt ta’ Ġerusalem, biex twassal lil dawk preżenti l-ġrajja ta’ din l-akbar imħabba.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Anzjan jittajjar fil-Ħamrun

Anzjan ta’ 73 sena, residenti Santa venera, ittieħed l-isptar Mater Dei wara li ttajjar minn vettura fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:39 ta’ dalgħodu fi Triq il-Kbira l-Ħamrun meta vettura misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Santa Venera tajjar lill-anzjan.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel midruba l-isptar.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

 

Briju, kuluri u għaqda fil-Ħamrun

Tul il-Jum tal-Ħadd l-attivitajiet marbuta mal-Karnival ħarġu ’l barra mill-Belt Kapitali u l-Furjana u waslu sal-Ħamrun fejn ittellgħu għadd ta’ attivitajiet differenti fosthom żfin, sfilati, karrijiet u daqq ta’ mużika.

Aqra aktar

Karnivalata ta’ baned fil-Ħamrun

Wara s-suċċess ta-sena li għaddiet, il-Kunsill Lokali Ħamrun ħa  jerġa’ jorganizza l-Karnival tal-Baned bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Festi Nazzjonali. Dan se jsir nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar mid-09:30 ‘l-quddiem.  Is-sena li għaddiet intlaqa’ tajjeb ħafna mil-Maltin u turisti li attendew bil-bosta fejn gawdew l-atmosphera mil-isbah tal-karnival li  kien hemm fi Triq il-Kbira San Guzepp.

Dan il-Karnival tal-Baned ha jieħdu sehem sitt baned, it-tlett soċjetajiet mużikali Ħamruniżi, il- banda tal-Scouts,  banda oħra Maltija u Tikka Banda.

Mal-baned li ħa jiehdu sehem f’parata tul triq il-Kbira San Ġużepp ha jkunu hemm magħhom erba’ karrijiet b’temi satiriċi, fosthom ir-Re tal-Karnival.

Aqra aktar

“Inwegħdkom sena oħra ta’ ħafna ħidma” – l-aħħar appell ta’ Joseph Muscat

Hawn serenità fost il-poplu Malti u Għawdxi

Fost il-familji Maltin u Għawdxin hawn sens ta’ serħan il-moħħ għaliex jafu li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba. Esprima dan b’ kunfidenza l-Prim Ministru Joseph Muscat fl-aħħar attività politika għas-sena 2016, fiċ-Ċentru Laburista tal-Ħamrun.

“Mhux biss aħna nħasrsu l‘ quddiem b’serenità kbira lejn il-futur tal-pajjiż imma fost il-poplu tħossha”

Is-sitwazzjoni hija aħjar milli kienet tliet snin ilu u l-problemi li għad fadal mhux solvuti, bħall-faqar, il-bżonn taż-żieda fil-paga minima, l-ambjent, fost oħrajn bdew jiġu indirizzati. Dan għaliex, saħaq Muscat, qatt ma nkunu kuntenti b’li ksibna, imma għandna nħarsu ‘l quddiem biex niksbu iktar għall-familji u n-negozji tagħna.

Aqra aktar

Il-Ħadd jaf tilmaħ Father Christmas fuq mutur…

Nhar il-Ħadd li ġej il-Kunsill Lokali Ħamrun se jorganizza the Santa’s Bike Ride.  L-idea ta’ din il-bike ride hija li s-sewwieqa ta’ muturi b’żewġ roti jilbsu ta’ Father Christmas u flimkien jingħaqdu u jduru mat-toroq ta’ bosta lokalitajiet.

L-għan ta’ din il-bike ride hija li flimkien niċċelebraw il-Festi tal-Milied, filwaqt li  titqajjem kuxjenza għas-saħħa u sigurta’ tal-bikers u jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Marigold.  Fil-fatt ir-riders huma mitluba jirreġistraw b’donazzjon ta’ € 10 li se tmur kollha b’risq din il-Fondazzjoni.

Aqra aktar

Ġlieda kbira fil-Ħamrun

Ġlieda l-Ħamrun qrib l-istadium Tedesco wassal biex ambulanza kellha tissejjaħ fuq il-post. Jidher li l-ġlieda kienet bejn żewġ persuni, b’waħda minnhom kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

Ninsabu informati li kienet ġlieda bejn żewġ familji Sirjani li kemm-il darba ġew fl-idejn. Din id-darba eskalat tant li żewġ membri minn dawn il-familji ġew fl-idejn.

Dan seħħ għall-ħabta tal-16:15 illum.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Aqra aktar

Send this to a friend