Ħamrun – Page 5 – One News

Notifiki

Il-Ministru Ian Borg iżur ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li qed isiru fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li għaddejjin fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa lbieraħ filgħaxija, fejn Infrastructure Malta qed jibdlu l-wiċċ tal-pont biex jintroduċu protezzjoni adekwata ta’ waterproofing u saffi ġodda ta’ asfalt bħala parti minn proġett għat-titjib tal-istruttura arterjali.

Aqra aktar

Scouts Ħamruniżi b’wirja fl-Italja

Il-Banda tal-iScouts tal-Ħamrun ħadet sehem b’suċċess f’festival internazzjonali tal-folklor f’Carpineto Romano, raħal ftit ‘il bogħod minn Ruma li għandu ftehim ta’ ġemellaġġ mal-Ħamrun li ġie ffirmat disa’ snin ilu. Gruppi minn Carpineto Romani ġieli taw wirjiet fil-Ħamrun, imma din kienet l-ewwel darba li grupp mill-Ħamrun mar f’Carpineto Romano biex jagħti wirjiet hemmhekk.Aqra aktar

Jibdew l-aħħar fażijiet tal-proġett tal-Marsa-Ħamrun Bypass

Infrastructure Malta bdiet l-aħħar fażijiet tal-proġett ta’ €5 miljun biex jitwessa’ l-Marsa-Ħamrun Bypass it-Tnejn filgħodu, hekk kif jinfetħu żewġ korsiji ġodda waqt li temporanjament jingħalqu dawk eżistenti sabiex jinbnew mill-ġdid.

Iż-żewġ korsiji tal-karreġġjata fid-direzzjoni tan-Nofsinhar ta’ din it-triq, mill-Imrieħel lejn il-Marsa, ser jiġu spustjati b’mod temporanju għaż-żewġ korsiji li għadhom kif inbnew. Il-kuntratturi ta’ Infrastructure Malta ser jibdew jibnu mill-ġdid il-korsiji ta’ din il-karreġġjata hekk kif tingħalaq.

It-triq ser tibqa’ miftuħa għall-ivvjaġġar fiż-żewġ direzzjonijiet, iżda dawk li jgħaddu minnha għandhom isegwu d-direzzjonijiet temporanji, fosthom limiti ta’ veloċità mnaqqsa, li qed jiġu murija b’tabelli mal-ġnub tat-triq. Xogħolijiet li ma jistgħux isiru b’sigurezza mingħajr ma tingħalaq it-triq, fosthom it-tqegħid tal-aħħar saffi ta’ asfalt f’wiċċ it-triq, ser isiru bil-lejl biex jonqsu d-diffikultajiet għall-pubbliku.Aqra aktar

ARA: Pazjenta fl-isptar Mater Dei titlob talba partikolari dwar il-Pupa tagħha

Aktar kmieni llum l-istaff tal-isptar Mater Dei ġie mitlub talba partikolari mingħand pazjenta li ddaħħlet l-isptar ftit jiem biss ilu. Ġara li meta l-pazjenta ttieħdet l-isptar, ħalliet wara lil Pupa; kelba ċkejkna u bdiet tinkwieta dwarha.

Wara li saru l-arranġament meħtieġa u anke koordinazzjoni bejn il-pulizija tad-distrett tal-Ħamrun, is-sezzjoni tal-Animal Welfare u Moira Delia, l-istaff irnexxielu jintervjeni fejn sabu lil Pupa waħedha; tawha x’tiekol u x’tixrob u ħaduha ġo xelter sakemm sidtha stess terġa’ tmur lura tiġborha la tirrikovera ruħha mill-isptar Mater Dei.

Ġest tassew ħelu mill-istaff tal-isptar Mater Dei.

Projbizzjoni fuq Ħamrun Spartans

Waqt il-program L-Argument Ikompli, li jixxandar kull nhar tat-Tnejn fuq One Radio, il-viċi president ta’ Ħamrun Spartans Gejtu Debattista ikkonferma li Ħamrun għandhom projbizzjoni wara li ma ħallsux il-pagamenti dovuti lill-attakant Alex Nilsson.

Aqra aktar

Send this to a friend