Ħamrun – Page 4 – One News

Notifiki

Każ ta’ scabies fl-Iskola l-Primarja tal-Ħamrun

Il-Ministeru għal-Edukazzjoni rrapporta każ ta’ scabies fl-Iskola Primarja tal-Ħamrun (GP), fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca.

Fi stqarrija, kien ikkonfermat li l-iskola ħadet il-miżuri meħtieġa minnufih u saru l-interventi skont il-proċeduri normali f’dawn il-każijiet.

Presepji, grotti u bambini – Il-Milied ta’ tfulitna

L-eqdem presepju f’Malta kien inħadem fil-kunvent tal-patrijiet Dumnikani fir-Rabat fl-1617. Fil-monasteru tas-sorijiet Benedittini fl-Imdina għadna nistgħu naraw presepju li sar fl-1826. F’dan l-istess żmien inħadem ukoll l-ewwel presepju mekkanizzat f’Malta u kien sar minn Antonio Muscat Fenech f’Ħal Qormi. Dan kien jitħaddem bit-taqtir tal-ilma.

Aqra aktar

Vettura tieħu n-nar fil-Ħamrun

Ħadd ma weġġa’ wara li vettura ħadet in-nar fi Triq Żimelli, il-Ħamrun. Fuq il-post issejħu mal-ewwel membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Aqra aktar

Il-Marsa-Ħamrun Bypass se jingħalaq kompletament għada

ll-korsiji kollha tal-Marsa-Ħamrun Bypass fid-direzzjoni mill-mini ta’ Santa Venera u l-Imrieħel lejn il-Marsa se jkunu kompletament magħluqin il-ħin kollu, għada s-Sibt 29 ta’ Settembru, sabiex Infrastructure Malta tibda tqiegħed l-aħħar saffi ta’ asfalt u ttemm il-proġett ta’ €5 miljun li beda aktar kmieni din is-sena f’din it-triq.

Aqra aktar

Aġġornat bir-ritratti: Nirien f’appartament fil-Ħamrun

Shaft ta’ appartament fi Triq il-Kappillan Mifsud il-Ħamrun ħa n-nar għall-ħabta tat-08:00 dalgħodu. Uffiċjali tat-tifi tan-nar jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien u joffru l-ewwel għajnuna.

Sa issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm xi nies li weġġgħu f’dan l-inċident.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

 

Aqra aktar

Send this to a friend