Notifiki

AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa’ wara ħruġ ta’ gass f’kumpless tal-ħwienet fil-Ħamrun

AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa’ wara ħruġ ta’ gass, aktarx CO2 f’kumpless tal-ħwienet fil-Ħamrun.

Diriġenti tal-kumpless li tkellmu ma’ ONE News qalu li kulħadd ġie evakwat u l-operat tal-kumpless reġa’ kompla normali ftit tal-ħin wara.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili assiguraw li m’hemmx periklu.

Għalkemm kien hemm xi rapporti ta’ ħruq, jirriżulta li ma kien hemm l-ebda nirien fil-kumpless Daniel’s.

AKTAR QABEL: Membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-kumpless tal-ħwienet Daniel’s, fil-Ħamrun fejn intalbet l-assistenza minħabba xamma ta’ gass.

Il-kumpless jinsab fi Triq San Ġużepp fil-Ħamrun u minnufih ġew evakwati n-nies.

Minn informazzjoni li kiseb ONE News ħareġ xi gass fil-kumpless iżda rapporti oħra qed jgħidu li jista’ jkun hemm xi nirien.

Fuq il-post hemm ukoll tim mediku b’ambulanza u anki l-pulizija.

“Inħarsu ’l quddiem għas-sena d-dieħla biex niċċelebraw id-doppju” – Il-President tal-Għaqda Mużikali San Gejtanu

Id-dilettanti tal-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun iċċelebraw dan il-jum tan mistenni b’mod differenti hekk kif fit-toroq Ħamruniżi spikkaw il-kwiet u l-ġabra meta s-soltu f’dan il-jum, jimtlew bi briju u atmosfera mill-isbaħ.Aqra aktar

ARA: 25 sena minn meta l-Partit Laburista kellu dar ġdida

25 sena ilu, il-Partit Laburista kellu dar ġdida.

Dar li ħadet is-sura tagħha bl-għaraq ta’ xbin l-attivisti u dawk li ħadmu għal tant sigħat b’mod volontarju.

Kien sena qabel l-elezzjoni tal-1996 li l-Partit Laburista ċċaqlaq mill-Maċina fil-Kottonera għall-Ħamrun. Aqra aktar

Ħamrun wieħed u magħqud – fid-diversità l-Għaqda

Fuq inizjattiva tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu u bi qbil mas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp, iż-żewġ Għaqdiet Mużikali qed jgħaddu donazzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun b’risq il-fond li fetaħ l-istess Kunsill Lokali biex jinġabru fondi biex tiġi mgħejjuna l-familja Pace. Aqra aktar

Send this to a friend