ħamrija – One News

Notifiki

Bdiet titqiegħed il-ħamrija bħala l-ewwel proċess t’afforestazzjoni f’Birżebbuġa

Dalgħodu beda l-ewwel preparament sabiex jibda l-proġett ta’ afforestazzjoni f’Birżebbuġa li tati għall-inħawi ta’ Bengħisa. Il-proġett, li kien tħabbar fil-bidu ta’ Mejju li għadda, beda bi tqegħid tal-ħamrija f’art li sa snin ilu fiha kien se jsir żvilupp ta’ esensjoni tal-Port Ħieles. Iżda minflok, l-art proprjetà tal-Malta Air Traffic Services, se tingħata ħajja differenti sabiex din tkun tista’ titgawda mir-residenti Birżebbuġin bħala spazju miftuħ rikreattiv. Aqra aktar

Jgħinu lil dawk li jixtiequ jmiddu idhom fil-ħamrija

Grupp ta’ bdiewa dilettanti ddeċidejna li jgħinu lil kull min jixtieq imidd idu fil-ħamrija. Dan qed jagħmluh permezz ta’ grupp fuq facebook bl-isem ta’ Dilettanti ta’ l-Agrikoltura, Siġar u Pjanti.

Dan il-grupp qed jorganizza wkoll korsijiet u laqgħat lill-membri bla ħlas. Fost inizjattivi tagħhom huma jieħdu filmati ta’ kif wieħed għandu jagħmel ċertu xogħol u juru lil Maltin kemm il-bidwi għandu għal qalbu x-xogħol tar-Raba’ u kemm huwa importanti li wieħed jixtri prodotti Lokali.

Għal aktar informazzjoni żuru: https://www.facebook.com/groups/666513373421969/

Xita tal-ħamrija u maltemp matul il-lejl li għadda – x’se jkun it-temp fil-jiem li ġejjin?

It-Tlieta filgħodu qomna b’temp aktar frisk u b’temperatura aktar baxxa li żgur qed tinżel għasel ma’ dawk li ma tantx iħobbu s-sħana. Iżda għal dawk li fl-aħħar jiem ħaslu l-karozza jew it-twieqi din ma tantx kienet għodwa li ħadu pjaċir biha, dan hekk kif matul il-lejl li għadda għamlet ħafna xita tal-ħamrija li kienet akkumpanjata minn riħ qawwi, sajjetti u ragħad.

Aqra aktar

Send this to a friend