Notifiki

Raġel armat jisraq minn ħanut fil-Marsa

Raġel mgħammad u armat b’arma bil-ponta seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut fi Triq Ħal Qormi fil-Marsa.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs fejn minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija jidher li r-raġel armat daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel minn Santa Venera.

Wara s-serqa, r-raġel ħarab minn fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana. Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sid il-ħanut jaħfer lill-ħalliel u lest jgħinu jirriabilita ruħu

Raġel Ingliż ta’ 26 sena, li jaħdem f’ristorant f’San Ġiljan, ammetta li seraq lil sid ir-ristorant €4,000.

Fix-xhieda tiegħu, is-sid iddikjara li ħafer liż-żagħżugħ għax fi kliemu huwa bniedem mill-aħjar u tajjeb f’xogħlu, filwaqt li qal li lest jagħti lill-imputat sentejn ċans biex irodd lura l-flus u lest jgħinu biex jidħol fi programm ta’ rijabilitazzjoni biex ma jħallix il-vizzju tas-serq jirkbu.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Claire Zammit Stafrace, ħadet nota tad-dikjarazzjoni tax-xhud, u nnutat li dan kien l-ewwel reat taż-żagħżugħ. Għalhekk ordnatlu biex isegwi ordni ta’ trattament u ordni ta’ probation għal tlett snin.

Il-Qorti wissiet lir-raġel biex jobdi d-direzzjonijiet tal-professjonisti u għarftiu li jekk jikser dawn l-ordnijiet, jerġa’ jittella’ l-Qorti, b’riskju li jeħel sentenza effettiva ta’ priġunerija. Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża biex l-ismijiet ma jixxandrux.

Din l-istraġi kollha biex isostnu VIZZJU?

Kien għall-ħabta tad-disa’ tal-bieraħ filgħaxija meta l-Pulizija ċemplu lis-sidien tad-ditta Gram u informawhom li fil-ħanut ta’ Birkirkara kien hemm attentat ta’ serqa.

George Tabone, kelliem għad-ditta, qal li sab il-ħġieġa mtaqqba. Spjega li hija tip ta’ ħġieġa li ma tinkisirx u li probabli kien hemm toqba fiha li baqgħu jissieltu mal-ħġieġa sakemm kissruha. Madanakollu, spjega s-soljev li ħass meta sab li ma ntmessux is-sejfs u l-aktar affarijiet ta’ valur.

Aqra aktar

Ħalliel Sqalli se jintbagħat lura pajjiżu wara sentenza ħabs

Seba’ snin ħabs, u wara jintbagħat lura pajjiżu. Sentenza mogħtija lill-Isqalli Carmelo Ciranna ta’ wieħed u erbgħin sena li ammetta li kkommetta ħmistax-il serqa bejn il-Milied u l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.

Ciranna kien akkużat li seraq minn djar f’ Marsaskala, Ħaż-Żabbar, Birkirkara u minn pompa tal-petrol f’ Ħal Qormi fejn fost oħrajn seraq ġojjellerija, arloġġi, ornamenti, flus kontanti u batteriji tal-karozzi. B’kollox il-valur tal-oġġetti misruqa jaqbeż il-mitt elf ewro.

Aqra aktar

LIBJAN JIDĦOL JISRAQ FIS-SATRA TAL-LEJL

Walid Ben Muftah, Libjan ta’ 25 sena tressaq il-Qorti akkużat li daħal jisraq f’dar fis-Swieqi fis-satra tal-lejl.

L-akkużat li ħadem bħala kaħħal u jpoġġi l-madum ġie akkużat li seraq tlett t’iċrieket tad-deheb, żewġ t’imsielet u laptop fost l-oħrajn.

Aqra aktar

Daħal sid il-ħanut iwaqqaf lill-ħalliel

Huwa xokk biżżejjed li wieħed jesperjenza serqa fil-ħanut tiegħu darba, aħseb u ara darbtejn.

Ġara propju hekk lil Darren Galea, sid ta’ ħanut li safa fil-mira ta’ żewġ serqiet, li ma’ One News irrakkonta kif  l-ewwel darba l-ħalliel rnexxielu jaħrab mill-post u t-tieni darba l-istess ħalliel twaqqaf milli jaħrab minnu stess.

Esperjenza kerha li għaddew minnha mhux biss sid il-ħanut, imma anke t-tifla tiegħu ta’ għaxar snin u żewġ ħaddiema.

Aqra aktar

Raġel arrestat wara serqa minn ħanut

 

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-8:45 ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ġo ħanut fi Triq l-Isqof Emm. Galea, iż-Żejtun.

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u mid-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari irriżulta li raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata sabiex ittih il-flus.

Aqra aktar

Send this to a friend