Ħal Safi – One News

Notifiki

Jinżammu arrestati wara rewwixta f’Ħal Safi

Disa’ immigranti nżammu arrestati wara li għamlu rewwixta fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi nhar il-Ħamis li għadda. Huma ġew akkużati li wettqu ħsara li tammonta għall-€2,500 u li m’obdewx l-ordnijiet tal-pulizija filwaqt li ħebbew għalihom u heddewhom. L-Ispettur Roderick Attard, spjega fil-Qorti kif huma ġew arrestati wara li bdew iwaddbu xi oġġetti lejn il-pulizija. Aqra aktar

Vandaliżmu f’Ħal Safi: s-Sindku jappella għall-għajnuna

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook is-Sindku Johan Mula appella għall-għajnuna sabiex jiġi identifikat minn kisser il-bollards f’ Misraħ San Ġużepp, f’ Ħal Safi.

Jidher li l-persuna kienet għaddejja b’veloċità eċċessiva. Iżda wara li kisser il-bollards, minflok waqaf u refa’ r-responsabbilità għall-ħsara li saret dan baqa’ sejjer. Aqra aktar

10 Immigranti se jitressqu l-qorti wara rewwixta f’Ħal Safi

10 immigranti se jkunu qed jitressqu l-qorti wara li l-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja (2000hrs), il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, Special Intervention Unit u l-Għassa tal-Żurrieq ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa Safi Barracks, Ħal Kirkop.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn irriżulta li kienet qed issir rewwixta minn grupp t’immigranti irregolari u anke saret xi ħsara fil-post.

Aqra aktar

Send this to a friend