Ħal Qormi – Page 5 – One News

Notifiki

ARA: Proġett ta’ tisbiħ f’waħda mill-pjazez ta’ Ħal Qormi

Ħal Qormi se jkun qed igawdi minn proġett ta’ tisbiħ f’waħda mill-pjazez ewlenin tal-lokalità. Kif wieħed jista’ jara mill-viżwali, dan il-proġett se jkun qed jikkumplimenta ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-Knisja l-antika ta’ San Sebastjan. Ladarba jitlesta, dan il-proġett se jkun qed jagħmel il-Knisja u l-bankina aktar aċċessibbli.

Aqra aktar

Il-voluntiera fil-qalba tal-Ġimgħa Mqaddsa

Jiltaqgħu xi l-ħamsa tas-Sibt filgħodu biex ikomplu x-xogħol marbut mal-ġimgħa mqaddsa.

Wara li d-damask tal-Knisja diġa kien armat il-Ġimgħa stess waqt il-purċissjoni, is-Sibt filgħodu fil-Knisja tal-parroċċa ta’ San Ġorġ, f’Ħal Qormi.

Lis-sagristan Adrian Vella, staqsejnieh x’jinvolvi dan ix-xogħol, u min iwettqu.

Aqra aktar

DIRETT: Il-purċissjoni taż-Żejtun u Ħal Qormi

Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, taż-Żejtun u ta’ Ħal Qormi se tkun tista’ ssegwihom fuq one.com.mt. ONE HD se jkun qed ixandar il-purċissjoni diretta filwaqt li permezz ta’ facebook live se nkunu nistgħu ningħaqdu ukoll ma’ Ħal Qormi.

Aqra aktar

Karozza personali ta’ Pulizija tinħakem minn nirien

F’Misraħ il-kittieba Ħal Qormi bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija hekk kif għall-ħabta tat-3.00 karozza ħadet in-nar fl-istess triq.

Huwa mifhum li l-karozza hija ta’ uffiċjal ta’ Pulizija u għadu qed jiġi stabbilit x’ikkawża dan in-nirien.

Aqra aktar

EVITAW ĦAL QORMI

Ftit tal-ħin ilu, għadu kemm seħħ inċident  fi Triq l-Imdina Ħal Qormi li kkawża traffiku kbir fiż-żona. Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku biex tevita din iż-żona sakemm tagħmel l-investigazzjoni tagħha dwar il-każ filwaqt li l-vittma qed jingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post.

Aqra aktar

Send this to a friend