Ħal Qormi – Page 3 – One News

Notifiki

Għada se jinfetħu korsiji ġodda mill-Marsa għal Ħal Qormi

Għada se jinfetħu żewġ korsiji ġodda li jwassluk direttament mill-junction tal-Marsa ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata lejn Ħal Qormi, permezz ta’ Triq il-Gvern Lokali, li għadha kif inbniet mill-ġdid bħala parti mill-proġett tal-junction tal-Marsa.

Minn għada filgħodu, dawn il-korsiji ġodda fi Triq il-Gvern Lokali se jkunu l-uniku aċċess għal Ħal Qormi mit-toroq kollha fid-direzzjoni lejn it-tramuntana (Raħal Ġdid lejn il-Belt Valletta) li jingħaqdu flimkien fil-junction tal-Marsa.

Is-sewwieqa għalhekk għandhom isegwu t-tabelli temporanji b’kulur isfar li tpoġġew f’din il-junction, u fit-toroq li jwasslu għaliha biex jimmarkaw din ir-rotta ġdida lejn Ħal Qormi. Aqra aktar

Jingħataw l-aħħar saffi fi Triq il-Marsa – Tinfetaħ mill-ġdid għada

Qed jingħataw l-aħħar saffi ta’ asfalt fi Triq il-Marsa ħdejn iċ-ċimiterju tat-Torok sabiex minn għada terġa’ tinfetaħ  il-konnessjoni bejn Triq Aldo Moro u Ħal Qormi.

Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg permezz tal-midja soċjali.

Matul il-lejl li ġej, Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-kisi ta’ aktar korsiji ta’ Triq Diċembru 13 b’asfalt ġdid.

Aqra aktar

Bil-Filmat: Ħsarat kbar wara splużjoni f’residenza privata f’Ħal Qormi

Ħadd ma ndarab fi splużjoni li seħħet f’dar u li x’aktarx kienet kkawżata minn ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart tat-Tlieta filgħaxija fi Triq Dun Ġwann Cilia f’Ħal Qormi.

Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt minn fuq il-post, jidher li għal xi raġuni seħħet splużjoni fix-xaft fejn kienu miżmuma ċ-ċilindri tal-gass. 

Kawża ta’ din l-isplużjoni li ħasdet diversi ġirien infetħu numru ta’ bibien u aperturi mis-sular ta’ fuq tar-residenza u tkebbes nar fil-garage. L-isplużjoni saħansitra qalgħet purtiera li spiċċat f’nofs it-triq.

Fost l-ewwel li waslu fuq il-post kienu l-Pulizija tar-Rapid u Special Intervention Unit li sabu kommossjoni kbira barra t-triq u evakwaw żona ta’ madwar ħamsin metru sabiex ikun evitat iżjed periklu.

Fil-frat temp waslu wkoll erba’ vetturi tat-tifi tan-nar, Fost il-pumpiera waslu wkoll membri mis-sezzjoni tal-HAZMAT li ċċekjaw id-dar għal-livelli għoljin ta’ gass li seta’ kien hemm. Il-pumpiera liebsin l-apparat kollu protettiv ikkontrollaw in-nar li laħaq ħa fis-sular t’isfel tad-dar u dehru joħorġu żewġ sufanijiet li laħqu nħakmu minn nirien.

Xhieda fuq il-post tal-inċident li tkellmu ma one.com.mt spjegaw kif sid ir-residenza kienet għand il-ġenituri tagħha x’ħin irċiviet telefonata mingħand il-ġirien li nfurmawha b’dak li kien għadu kif ġara. Viżibilment taħt xokk qawwi l-mara inagħtat l-ewwel għajnuna minn infermiera tal-emerġenza li waslet fuq il-post permezz ta’ ambulanza flimkien mat-tabib Dr Michael Spiteri.

Waqt l-operazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili, li kienet  immexija mill-uffiċjal Anthony Pisani dehru jinħarġu wkoll żewġ ċilindri tal-gass li kienu fix-xaft b’wieħed minnhom dehrulu fuqhu marki ta’ ħruq mal-parti ta’ fuq tiegħu.

L-investigazzjoni dwar dan il-każ qed titmexxa mill-Pulizija tad-distrett ta’ Ħal-Qormi.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mara ta’ 84 sena tintlaqat minn vettura f’Ħal Qormi

Mara ta’ 84 sena sfat milquta minn vettura tat-tip Peugeot 3008 misjuqa minn ġuvni ta’ 23 sena residenti Birkirkara. Il-każ ġara kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5.00 fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi.

Aqra aktar

Att vandalu f’Ħal Qormi

F’kumment li tella’ s-Sindku ta’ Ħal Qormi Jesmond Aquilina ġie kkundannat l-att vandalu li sar fuq bust ta’ personaġġ maħbub Qormi Ġorġ Żammit kif ukoll fuq bus shelter permezz ta’ żebgħa jew qatran li twaddab.

Aquilina sostna li dawn huma mumenti ta’ swied il-qalb fejn fuq naħa ssib nies li jagħtu tant għal belt twelidhom mentri ssib min għadu jaħsibha mod ieħor.

Kull min għandu xi tagħrif dwar dan l-att, huwa mitlub jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija.

ATTENT META JĦABBAT IL-BIEB f’ĦAL QORMI

Ġuvni samrani li jista’ jkun li huwa barrani qiegħed iħuf fit-toroq ta’ Ħal Qormi u jagħmel ta’ bir-ruħu li qiegħed jiġbor il-flus għal pazjenti morda bid-dijabete.

F’telefonata li għamlet mara ma’ ONE NEWS spjegat li fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi, dan il-ġuvni beda jħabbat bieb bieb u beda jitlob il-flus lir-residenti f’dawk l-inħawi.

Jappella biex għall-funeral jintlibsu l-kuluri li jixhdu t-tbissima ta’ Miriana

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tħabbar li l-funeral ta’ Miriana Agius ħa jsir għada l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018 fis-2.30pm, fil-knisja parrokjali ta San Bastjan, f’Ħal Qormi.

Is-sieħeb tagħha Jean Claude Magri talab biex ma jintlibisx il-kulur iswed iżda kuluri sbieħ ħalli jixhdu t-tbissima li dejjem kien ikollha fuq wiċċha din it-tfajla li ħalliet id-dinja f’età żgħira.

Garaxx f’Ħal Qormi nbidel b’bejta ta’ drogi

Fil-Qorti nstemgħa kif garaxx fi Triq Mejjilla f’Ħal Qormi, allegament inbidel f’bejta ta’ drogi. Renald Baldacchino ta’ tmienja u tletin sena wieġeb mhux ħati għall-akkużi li ttraffika droga kokaina u eroina u li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar mhux liċenzjata.

Huwa kien wieħed mid-disà persuni arrestati s-Sibt mill-Pulizija waqt rejd li sar f’garaxx wara ġimgħat ta’ osservazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend