Ħal Qormi – Page 2 – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Il-Pulizija ssib 52 immigrant f’dar f’Ħal Qormi

Il-Ħadd filgħodu grupp ta’ 52 immigrant ġew evakwati minn blokka t’ appartamenti fuq erba’ sulari fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, f’operazzjoni mwettqa mill-pulizija tat-taqsima tal-imigrazzjoni u r-Rapid Intervention Unit. Sorsi qrib il-pulizija qalu lil ONE News li din is-sejba saret wara li l-pulizija talbu d-dokumenti lil immigrant li kien qed jitlajja fil-Ħamrun, u meta staqsewh fejn joqgħod, idderiġihom lejn il-blokka ta’ appartament f’Ħal Qormi.

L-immigranti huma minn diversi pajjiżi fl-Afrika u ġew f’Malta mill-Italja. Kollha kellhom is-Soggiorno, il-permess għal residenza fl-Italja li bih tista’ tgħix f’pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea sa tliet xhur, iżda mhumiex permessi li jaħdmu f’pajjiżna. Uħud mill-immigranti kienu ilhom aktar jgħixu f’Malta u ġew biex ifittxu impjieg f’pajjiżna. Huma ttieħdu fil-Kwartieti Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Is-sejba tal-Ħadd saret xahar wara li l-pulizija kienet ġabret sebgħa u għoxrin immigrant ieħor minn razzett fil-Marsa-Ħamrun Bypass. Fl-aħħar sena instabu aktar minn mija u ħamsin immigrant jgħixu f’residenzi li mhumiex atrezzati li jakkomodaw ammont kbir ta’ nies. Fil-fatt, f’Novembru li għadda, kienu nstabu 31 immigrant f’dar fi Triq Farsons, il-Ħamrun. Ftit aktar qabel kienu inqabdu grupp ta’ sitt immigranti fi Triq Żabbar, il-Fgura li kienu qed jgħixu f’Malta b’permess skadut. F’Awwissu tas-sena l-oħra kienu nstabu grupp kbir ta’ immigranti jgħixu f’maqjel, b’kundizzjonijiet indiċenti.

Ir-raġel li ħarab immanettjat f’Ħal Qormi jitressaq il-Qorti

Abdulsalam Ben Hamed ta’ 45 sena mill-Libja, ir-raġel li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija waqt li kien fl-Għassa ta’ Ħal Qormi, tressaq il-Qorti l-Ħadd f’nofsinhar, fost oħrajn mixli b’serq ta’ karozza, li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija, u li kiser kundizzjonijiet imposti mill-Qorti, fost oħrajn.

Ben Hamad ħarab mill-kustodja tal-Pulizija l-Ġimgħa waranofsinhar u nstab 24 siegħa wara bl-għajnuna wkoll tal-pubbliku.

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi

Anzjan ta’ 70 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi il-Ħadd waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq il-Ħlas, Ħal Qormi, meta l-anzjan, li jgħix Ħaż-Żebbuġ, intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Hilux misjuqa minn raġel ta’ 33 sena, residenti Ħal Qormi.Aqra aktar

Erba’ offerti għall-bini mill-ġdid u twessiegħ ta’ toroq bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi

Il-Gvern qed iħejji biex is-sena d-dieħla jinbnew mill-ġdid u jitwessgħu Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi. F’messaġġ fuq Facebook, il-Ministru Ian Borg spjega kif Infrastruttura Malta rċeviet 4 offerti, b’valur medju ta’ €9.2 miljun għax-xogħol meħtieġ sabiex il-Gvern itejjeb il-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ din it-triq importanti. Aqra aktar

ARA: Jgħajjex lill-familtu bl-imħabba għall-forn

Dalgħodu s-segwaċi ta’ ONE Breakfast qamu b’togħma tajba ta’ ħobż kif inħobbuh aħna l-Maltin meta sħabna ta’ ONE Breakfast laqqgħuhom ma’ Joe Hili, wieħed mill-iktar furnara esperjenzati li hemm Ħal Qormi.

Biswit forn tal-ħatab tipiku Malti, Hili qasam magħna jum tipiku tiegħu bħala furnar.

Aqra aktar

Send this to a friend