Notifiki

Qbil bejn il-Gvern u l-MUMN dwar ħaddiema tas-saħħa ġejjin minn pajjiżi barra l-UE

Fi stqarrija konġunta, il-Gvern u l-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN ħabbru ftehim dwar ħaddiema barranin ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni u li jiġu ingaġġati fis-settur pubbliku biex jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.

Wara żewġ laqgħat bejn ir-rappreżentanti tal-Gvern, immexxija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar u l-President tal-MUMN Paul Pace, u b’konsultazzjoni mal-Aġenzija Identity Malta, intlaħaq qbil li b’seħħ immedjat l-Aġenzija tibda tħaddem numru ta’ proċeduri li se jieħdu post il-proċeduri użati sa issa.Aqra aktar

ARA: Ħaddiema ta’ kumpanija tal-ikel tal-annimali joħorġu jitimgħu lill-qtates tat-triq


Il-Malti jgħid “Kull qatra tgħodd” u dan huwa minnu għall-qtates tat-triq li jiddependu fuq nies li ħafna drabi minn jeddhom u minn buthom jagħtuhom x’jieklu u x’jixorbu. Aqra aktar

53 ħaddiem li kienu jaħdmu fit-turiżmu minflok se jieħdu €800 u joqogħdu d-dar se jaħdmu volontarjament fuq proġetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi

53 ħaddiem li jaħdmu ma’ kumpanija privata u li fl-aħħar jiem kienu fost il-ħaddiema li spiċċaw bla xogħol minħabba l-Coronavirus se jingħaqdu f’ħidma volontarja fuq proġetti turistiċi apparti. Dan wara li ħassew li wara li se jirċievu l-iskema ta’ €800 għajnuna mill-Gvern għandhom jagħtu kontribut lura lill-pajjiż. Aqra aktar

Qed jistedinha!

Ritratti li ntbagħtu lil dan is-sit minn qarrej ftit tal-ħin ilu nisslu tħassib serju dwar x’prekawzjonijiet il-ħaddiema qed jieħdu f’siti tal-kostruzzjoni. Ir-ritratti li rċivejna juru ħaddiem fuq pont jagħmel xogħol fuq faċċata ta’ binja f’Rue d’Argens, il-Gżira. Aqra aktar

Send this to a friend