Mara ta’ tmienja u erbgħin sena mir-Rabat ġarrbet ġrieħi gravi wara li ħabtet bil-karozza li kienet qed isuq tal-għamla Volkswagen Polo ma’ vann tat-tip Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ tlieta u tletin sena mill-Gżira.Aqra aktar

Mara ta’ tmienja u erbgħin sena mir-Rabat ġarrbet ġrieħi gravi wara li ħabtet bil-karozza li kienet qed isuq tal-għamla Volkswagen Polo ma’ vann tat-tip Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ tlieta u tletin sena mill-Gżira.Aqra aktar
Il-Korp tal-Pulizija skatta l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità fi 12-il lokalità.Aqra aktar
Ġuvni ta’ 19-il sena mill-Mosta ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara li l-mutur tat-tip Yamaha li kien qiegħed isuq ħabat ma’ vettura tat-tip Renault Captur misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn Ħad-Dingli. Aqra aktar
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma tim mediku mill-isptar Mater Dei u l-Forzi Armati ta’ Malta ġew imsejħa f’Ħad-Dingli wara li anzjan ta’ 62 sena ġarrab xi ġrieħi wara li ħassu ħażin u waqa fuq xi ħġieġ li kellu fil-għalqa tiegħu. Sorsi qrib one.com.mt qalulna li r-raġel instab mitluf minn sensih b’ferita kbira f’idu f’għalqa li hija meqjusa bħala wieħed mill-aktar postijiet inaċċessibbli fil-gżejjer Maltin. L-istess sorsi qalulna li dawk li sabu lir-raġel tawh l-ewwel għajnuna sakemm waslu l-ħaddiema tal-emerġenza. Aġir li kien strumentali sabiex isalva r-raġel. Aqra aktar
B’ħames mitt ruħ jattendu kull sena ‘iż-Żgħażagħ Brijużi’ ta’ Ħad Dingli jorganizzaw waħda mill-ikbar attivitajiet fir-raħal meta nhar it-Tnejn itellgħu l-Majjalata annwali. Din id-darba ddeċidew ukoll li minbarra li joffru ikla bnina lil dawk kollha li jattendu jieħdu wkoll ħsieb l-ambjent. Għalhekk qed iħeġġu lil kull min jattendi biex jieħu miegħu, platti, frieket u skieken li mbagħad jerġgħu jintużaw. Dan bil-għan li jnaqqsu l-użu tal-plastik ta’ darba biss. F’atmosfera mill-isbaħ li seddaq l-ispirtu ta’ komunità dawn iż-żgħażagħ itellgħu numru ta’ attivitajiet. Fost oħrajn iż-‘Żgħażagħ Brijużi Dinglin’ niedew CD ġdid, taħt id-direzzjoni ta’ Mike Spiteri. L-iskop wara dan is-CD kien illi l-mużika għal briju tal-festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli, tkun waħda aktar moderna, oriġinali u relevanti għal din il-festa, mill-marċi li jindaqqu f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Aqra aktar
Dawn huma biss ftit mill-ingredjenti li sawwru l-Wirja Agrarja ta’ din is-sena.
Raġel ta’ madwar erbgħin sena ittieħed l-isptar għall-kura wara li ġarrab ġrieħi f’saqajh wara li waqa’ fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli. Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel gġajnuna lir-raġel.
Aqra aktar
Dieħel ġmielu l-ispirtu tal-Milied f’Ħad Dingli, hekk kif sa tmiem din il-ġimgħa, din il-lokalita’ ser tkun attrazzjoni allegra. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Għaqda Talent Dingli ser jerġa’ jikser ir-rekord bil-kalzetta tal-Milied, li hija twila tmien metri u tmintax-il ċentimetru u erba metri u għoxrin ċentimetru mill-biċċa t’isfel.
Kien jum speċjali għad-Dinglin hekk kif f’Jum Ħad Dingli, infetaħ xelter ieħor għall-pubbliku li jmur lura għal żmien it-Tieni Gwerra Dinija.
Folla kbira nġabret sabiex tassisti għal ċerimonja ta’ ftuħ, li fost oħrajn inkludiet parata mill-grupp tal-iscouts ta’ Ħad Dingli u n-ninteenth Dingli Girl Guides, u kif ukoll esebizzjoni mill-isbaħ tal-Malta Command Inauguration.żAqra aktar
Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Pellegrinaġġ bil-Muturi f’jum il-festa ta’ Santa Marija, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2018.
Send this to a friend