ħabta – Page 5 – One News

Notifiki

Anzjana li kienet passiġġiera spiċċat l-isptar wara ħabta f’San Ġwann

Mara ta’ 64 sena minn San Ġwann ttieħdet l-isptar Mater Dei wara inċident bil-karozza li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-20:15.

L-inċident seħħ fil-qasam industrijali ta’ San Ġwann, meta karozza Fiat Punto b’raġel ta’ 64 minn San Ġwann bħala sewwieq u l-mara bħala passiġġiera, kellha impatt ma’ Citroen C1 misjuqa minn raġel ta’ 41 sena minn San Ġiljan.

Kawża tal-inċident, ic-Citroen spiċċat maqluba. Iż-żewġ sewwieqa irrifjutaw l-għajnuna medika.

AĠĠORNAT: Żewġ tfajliet bi ġrieħi gravi wara ħabta f’San Ġiljan

Żewġ tfajliet ta’ 23 sena sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fit-20.30pm tat-Tnejn, fi Triq Sant Andrija.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn tliet vetturi, li kienu Opel Astra misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena min-Naxxar, Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 43 sena minn Pembroke u Jaguar XF misjuqa minn raġel Portugiż.

Żagħżugħa minnhom bi ġrieħi gravi

Mara tweġġa’ gravi – inċident fis-siegħa ta’ filgħodu fil-Mosta

Illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu seħħ inċident fi Triq il-Fortizza, Mosta.

Vettura tat-tip Toyota Yaris, misjuqa min mara ta’ 33 sena, residenti l-Mosta, baqet dieħla ġo cint, b’rizultat il-vettura ħadet in-nar.

Il-mara ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikat li qed ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ħabta bejn karozza u żiemel f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 57 sena u ż-żiemel li kien qed fuqu ndarbu wara inċident li seħħ ftit wara s-seba’ fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

L-inċident seħħ wara ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Qormi u ż-żiemel.

Is-sewwieq taż-żiemel ittieħed l-isptar għal kura filwaqt li veterinajru provda l-kura meħtieġa liż-żiemel.

Send this to a friend