ħabta – Page 3 – One News

Notifiki

Anzjan bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija

Raġel ta’ 69 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija f’Jum il-Milied.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-09:30 fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, meta karozza tat-tip BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena minn Birkirkara ħabtet ma’ BMW oħra misjuqa mill-vittma, li jgħix Ħal Lija.

Minnufih issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Il-Maltemp jikkawża ħabta bejn tliet karozzi f’Għawdex.

Għall-ħabta tas-2:30 ta’ wara nofsinhar, f’xita qalila, fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija Għawdex seħħet ħabta bejn tliet karozzi.

Minn informazzjoni li għandu ONE NEWS persuna involuta f’dan l-inċident ittieħdet l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba ġrieħi ħfief.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Sebgħa jmutu wara ħabta frontali fl-Amerika

Ħabta bejn Trakk u karozza tal-linja ħalliet madwar sebgħa mejta u għexieren feruti.

Il-każ seħħ il-Ħamis f’highway qrib il-belt ta’ Thoreau f’New Mexico.

Uffiċjali qalu li l-għadd ta’ persuni mejta mistenni jiżdied minħabba li fuq tal-linja kien hemm madwar ħamsin persuna.Aqra aktar

L-isptar wara li tinqeleb b’karozza f’Birzebbugia

Tfajla minn Birzebbugia ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza.

Minn informazzjoni li kiseb One.com.mt kienu għall-ħabta tal-17:30 ta’ filgħaxija meta t-tfajla ta’ 19-il sena li kienet qed issuq karozza tal-għamla Skoda Fabia ħabtet ma’ SUV Nissan Qashqai  misjuqa minn mara Ingliża ta’ 45-il sena minn Marsaskala. Mal-impatt l-karozza misjuqa mit-tfajla Maltija nqalbet.

Aqra aktar

Send this to a friend