ħabta – Page 2 – One News

Notifiki

Ħabta bejn żewġ karozzi fl-Imġarr

Karozza tal-għamla Citroen misjuqa minn mara barranija li n-nazzjonalità tagħha għadha mhix magħrufa ħabta ma’ karozza tat-tip Hyundai misjuqa minn raġel ta’ 24 sena mix-Xagħra Għawdex.

Passiġġiera fil-karozza tal-għamla Citroen kien hemm żewġ nisa waħda minnhom ta’ anzjana ta’ 82 sena ta’ nazzjonalità Ingliża li ttieħdet l-isptar. Iżda l-kundizzjoni tagħha għada mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ħabta bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan toħloq traffiku fl-inħawi- sewwieqa mħeġġa jevitaw iż-żona

Ħabta bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan ikkawżat traffiku kbir fl-inħawi. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-14:45 tal-Erbgħa waranofsinhar ftit ‘il barra mill-mini ta’ San Ġiljan, direzzjoni lejn Paceville.

Sewwieqa huma mħeġġa jużaw rotot alternattivi biex jevitaw it-traffiku li nġema’ fl-inħawi kawża ta’ dan l-inċident.

Send this to a friend