ħabs – Page 4 – One News

Notifiki

Qed jirkupra l-Isptar wara li ħa ammont kbir ta’ droga qabel ma ddaħħal il-ħabs

Raġel li kien qed jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jinsab stabbli fl-ITU wara li ttieħed għal osservazzjoni minħabba li kien ħa doża qawwija ta’ droga.

Kelliem għall-Ministeru għall-Intern spjegat ma’ one.com.mt li jidher li r-raġel ħa d-droga qabel ma ttieħed Kordin. Uffiċjali tal-ħabs imbagħad bdew jinnutaw li l-imġieba tiegħu ma kinitx normali, u kien ordnat li dan jittieħed l-isptar għall-osservazzjoni. Minkejja l-ammont ta’ droga li ħa, ir-raġel qed jirkupra l-ITU u jinsab f’qagħda stabbli.

Intant, inkjesta interna għadha għaddejja fil-ħabs biex ikun determinat x’ġara eżatt f’dan il-każ.

Tinbidillu sentenza ta’ 10 xhur ħabs wara li ma nstabx ħati li kien kompliċi fi frodi

Arnold Farrugia ta’ 50 sena kellu s-sentenza ta’ għaxar xhur ħabs mibdula wara li l-Qorti tal-Appell ma sabitux ħati li kien kompliċi fi frodi.

Il-każ jeħodna lura għall-2012 meta allegatament, Farrugia flimkien ma’ Martin Degabriele ikkommettew frodi għad-dannu tal-kumpanija Gasan Enterprises. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat kien jagħmel xogħol fuq minibuses ta’ Degabriele meta dawk kienu bil-ħsara, u l-kumpanija ntalbet tħallas dan kollu.Aqra aktar

Il-Kokaina tibagħtu 10 snin ħabs u tiswieħ multa ta’ €25,000

David Castillo Rafael mill-Bolivja weħel 10 snin ħabs u multa ta’ €25,000 wara li wieġeb li hu ħati ta’ importazzjoni u traffikar tad-droga.

Din id-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Il-qorti ordnatlu wkoll iħallas is-somma ta’ €4,273.70 għall-ispejjeż tal-Qorti.

Żewġ żgħażagħ ikkundannati l-ħabs wara li serqu ġiżirana minn għonq anzjana

Żewġt irġiel ta’ 34 sena u 28 sena rispettivament instabu ħatja li serqu ġiżirana minn għonq anzjana, li għandha 64 sena.

Il-każ jeħodna lura għall-2012 meta ż-żewġ ġuvintur serqu giżirana minn għonq anzjana li kienet tiswa aktar minn €2,300. Jidher li s-serqa saret bi vjolenza, tant, li l-anzjana sofriet ġrieħi ħfief. L-akkużati nstabu ħatja wkoll li kienu qed iġorru arma magħhom mingħajr il-liċenzja meħtieġa, u li kellhom fil-pussess tagħhom oġġetti misruqa oħra.

Kurt Grima, il-ġuvni ta’ 34 sena, intbagħat sitt snin u nofs ħabs, filwaqt li Oglive Grima kien ikkundannat ħames snin ħabs.

Ħabs għal erba’ immigranti li nqabdu f’dokumenti foloz

Erba’ immigranti li kienu qegħdin jgħixu fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far ġew ikkundannati 24 xahar ħabs bejniethom wara li wieġbu ħatja li daħlu f’Malta b’dokumenti foloz. L-irġiel, Mudthen Harounosman, Tageldeen Muse Abduhaira, Abdalla Nadi Abdalla Atwa u Abdul Raham inqabdu mill-pulizija bejn il-Ħadd u Tnejn b’dokumenti li rriżulta li kienu ffalsifikati.

F’erba’ sentenzi separati, il-Maġistrat Joe Mifsud qal li l-Qorti taqbel mal-Prosekuzzjoni li ma tistax tagħlaq għajnejha għall-fatt li f’dawn il-każijiet inkisru l-Liġijiet tal-Immigrazzjoni ta’ pajjiżna. Qal li l-Qorti ma tistax l-anqas tinsa’ li dan it-tip ta’ reat sar ħafna iktar komuni tant li sar fenomenu kostanti. Saħaq li mhux aċċettabbli li persuni jkomplu jidħlu jew joħorġu minn Malta b’dokumenti foloz fejn jippruvaw iqarrqu bl-Awtoritajiet Maltin u barrain.

Il-Maġistrat Mifsud sostna li dawn ir-reati jistgħu jimminaw anke s-sigurtà tal-pajjiż u saħaq li l-Istat Malti għandu jkollu interess qawwi li jkun jaf l-identità vera ta’ min ikun dieħel fil-pajjiż. Dan partikolarment fi żminijiet ta’ taqlib, kunflitti u terroriżmu li diversi partijiet tad-dinja, inkluż dawk qrib Malta, li jinsabu għaddejjin minnhom jew mhedda bihom. Qal li l-esperjenzi ta’ pajjiżi oħra inkluż Ewropej li seħħew dan l-aħħar, għandhom jiftħu għajnejn kulħadd għar-riskji serji li tali fenomenu ta’ immigrazzjoni illegali b’dokumenti foloz jista’ jġib miegħu għan-nies innoċenti.

Bħal-lum 60 sena mar il-ħabs fuq karikatura fil-gazzetta. Għalfejn?

L-eks ġurnalist u editur tal-gazzetta Is-Sebħ mar il-ħabs bħal-lum 60 sena. Joseph Micallef Stafrace, eks Ministru Laburista kien ġie kkundannat erba’ t’ijiem ħabs wara li ppubblika karikatura fil-gazzetta.

Huwa tkellem dwar dan l-episodju xejn sabiħ f’ħajtu.

Fl-intervista li xxandret dalgħodu f’ONE Breakfast, Micallef Stafrace jagħti sfond storiku ta’ kif il-libertà tal-espressjoni ma kinitx tassew imħaddna taħt il-ħakma tal-barrani.

Bdielu s-sena b’imnieħru imkisser!

Somalu ta’ 23 sena ġie kkundannat sentejn u nofs ħabs wara li ammetta li ħebb għal raġel u kisirlu mnieħru f’Paceville fl-ewwel jum tas-sena. Dan waqt li kien taħt l-influwenza ta’ xi sustanza.

Sakariye Abdirahman Hassan, tressaq il-Qorti mill-Ispterru Matthew Spangol hekk kif ikkawża ġrieħi ħfief fuq raġel fi Triq San Ġorġ, Paceville, għall-ħabta tat-08:30 ta’ filgħodu tal-1 ta’ Jannar. Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża li kien ingħata f’Mejju tas-sena l-oħra fuq akkużi simili.Aqra aktar

Se jsir tibdil notevoli fil-ħabs ta’ Kordin

Il-Ministeru għall-Intern u għas-Saħħa għaddejjin b’ħidma biex jifformolaw liġi ġdida biex id-droġi sintetiċi kollha jsiru illegali.

Dan biex fost oħrajn tkompli tiġi indirizzata d-droga fil-ħabs. Hu mifhum li fl-aħħar snin, kienet qed tidħol fil-ħabs droga sintetika li ma kinitx illegali, u minħabba f’hekk, il-Puliżija ma setgħetx tieħu passi kontra l-individwu.Aqra aktar

Send this to a friend