ħabs – Page 3 – One News

Notifiki

Raġel bi storja twila kriminali lura l-qorti wara li seraq strumenti mużikali

Raġel minn Ħal Qormi inzamm arrestat wara li allegatament seraq strumenti tal-muzika mingħand grupp tal-muzika lokali Cryptic Street.

Renald Baldacchino ta’ erbgħin sena ġie iddentifikat wara li kien hu li kiteb fuq il-Maltapark li jrid ibiegħ zewġ strumenti tal-muzika. Bl-istrumenti ġew iddentifikati mill-pulizija li huma l-stess strumenti li ġew misruqa iktar minn sena u nofs ilu mill-garaxx tal-grupp f’Birkirkara.

L-akkuzzat li għandu rekord kriminali wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontrih.
Baldacchino li huwa riċediv ġie akkuzzat li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mas-sentenza sospiza u l-ħelsien mill-arrest li ingħata għall-erba darbiet.

Għaldaqstant il-Maġistrat Neville Camilleri ordna sabiex l-akkuzzat jinzamm arrestat.

Raġel ikkundannat sena ħabs wara li nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga

Mario Farrugia ta’ 38 sena minn Santa Venera nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga kokaina u eroina. Il-każ imur lura għal Marzu tal-2009, meta il-Pulizija kienu sabu droga u affarijiet relatati mad-droga fid-dar ta’ Farrugia.
Ir-raġel huwa ukoll riċediv.

Il-Maġistrat Neville Camilleri sab lil Farrugia ħati u kkundannah sena ħabs. L-akkużat kien ordnat ukoll iġallas multa ta’ €1,500.

George Degiorgio b’allegazzjoni dwar trattament ‘degredanti’ fil-ħabs

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel li qed jiġu akkużari bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia, qed jakkuża lid-Direttur tal-ħabs ta’ Kordin bi trattament degredanti.

F’ittra ġudizzjarja, Degiorgio qed jallega li ma tħalliex jieħu t-trattament li kellu bżonn għal uġigħ fi spalltu. Huwa qal li l-uffiċjali tal-ħabs ma tawx kas il-kundizzjoni tiegħu u tawh biss mediċina għall-uġigħ bħala mezz ta’ kura temporanja. Qal ukoll li minkejja li għadda d-dettalji tat-tabib tiegħu lill-uffiċjali, huma baqgħu passivi.

L-avukat ta’ Degiorgio qal li skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u fin-nuqqas ta’ kura medika ekwa, il-proċeduri ttieħdu mingħajr ebda twissija.

Gidem id uffiċjal tant li ntuża l-pepper spray biex ikun imrażżan – Immultat €5,000 b’sentejn ħabs effettivi u deportazzjoni

Joseph Feilazoo ta’ 42 ġie kkundannat sentejn ħabs, immultat €5,000 u deportazzjoni malli jiskonta s-sentenza. Is-sentenza ingħatat mill-Maġistrat Joseph Mifsud li għalkemm fehem li l-imputat kien iffrustrat wara li kien għadu kemm skonta sentenza ta’ 10 snin u kellu jistenna perjodu ieħor qabel ikun rilaxxat, xorta waħda ma kellux jagġixxi b’dak il-mod anke meta għandu pendenzi oħra mal-qorti.

Aqra aktar

Send this to a friend