ħabs – Page 18 – One News

Notifiki

Sitt snin ħabs għal Pistorius

L-atleta Oscar Pistorius intbagħat sitt snin ħabs wara li nstab ħati li qatel lit-tfalja tiegħu fl-2013. Is-sentenza ingħatat ftit tal-ħin ilu u minnufiħ Oscar Pistorius sab ruħu f’ċella.

Pistorius ta’ 29 sena spara erbgħa darbiet lit-tfajla meta din kienet fil-kamra tal-banju. Filwaqt li ammetta li spara, qal li l-azzjoni għamilha għax ħaseb li kien daħal xi ħalliel. Liebes kollox iswed sewda, Pistorius sema’ dak li kellha tgħid il-Magistrat b’rasu baxxuta l-ħin kollu.

Screen Shot 2016-07-06 at 11.24.34

L-għarusa Reeva Steenkamp

Jitraffika l-kokaina jiem wara li joħroġ mill-ħabs

Somalu ta’ 30 sena tressaq il-Qorti wara li matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn inqabad jittraffika l-kokaina f’Paceville, ftit jiem biss wara li nħareġ mill-ħabs.

Huwa wieġeb ħati ta’ din l-akkuża u anke li kien fil-pussess tal-kokaina bl-intenzjoni li jittrafikaha ftit metri biss ‘il bogħod minn post tad-divertiment taż-żgħażagħ u li sar reċidiv.

Aqra aktar

Resident mill-Faċilità Korettiva b’involviment teatrali

Studenti mir-Royal Central School of Speech and Drama tal-Università ta’ Londra, b’kollaborazzjoni mal-Prison Education and Re-entry Programme fl-Università ta’ Malta u ċ-Ċentru tal-Edukazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ħolqu żewġ preżentazzjonijiet mar-residenti nisa u rġiel tal-Faċilità. Aqra aktar

42 Parole fi 18-il xahar

42 persuna ngħataw il-liċenzja tal-Parole f’dawn l-aħħar tmintax- il xhar. Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari mid-Deputat Parlamentari Carmelo Mifsud Bonniċi, il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela semma’ li minn Novembru 2014 sa Mejju 2016 b’kollox kien hemm 155 applikant għall-Parole taħt l-Att dwar il-ġustizzja Riparatriċi.

Aqra aktar

33 persuna l-ħabs dwar abbuż fuq tfal

Fuq medda ta’ ħames snin 33 persuna ntbagħtu l-ħabs fuq abbuż ta’ minorenni, bl-iktar sentenzi iebsa jkunu dawk ta’ għaxar snin ħabs. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru tal-Intern Carmelo Abela u minnu jirriżulta li kien fl-2012 l-iktar li ntbagħtu persuni wara l-ħadid f’Kordin b’rabta ma’ reati simili. Sa issa din is-sena kien hemm biss persuna waħda li l-qorti sabitu ħati ta’ reat simili u dan weħel erba’ snin u nofs ħabs.

Aqra aktar

18-il xahar ħabs wara li pprova jiffroda kumpanija

Martin Joseph Xuereb, ta’ 41 sena minn Bormla, kien ikkundannat 18–il xahar ħabs, wara li ammetta li pprova jiffroda kumpanija tal-assigurazzjoni. Il-każ seħħ f’Ottubru tal-2013, meta l-akkużat pprova jiffroda bejn €500 u €5,000 b’dannu għal Citadel Insurance u Victoria Insurance Agency.

Il-Maġistrat irrimarka kif għalkemm l-involviment tiegħu ma kienx mill-iktar serju, jibqa’ l-fatt li nstab ħati diversi drabi ta’ reati, li għalihom weħel sentenza ta’ ħabs. Kien għalhekk li ma setax jagħtih piena jekk mhux oħra ta’ ħabs effettiv.

Ħabs għal Messi?

Lionel Messi, il-footballer tal-Arġentina u Barċellona, mistenni jixhed f’Qorti Spanjola dwar frodi.

Messi u missieru Jorge, li jieħodlu ħsieb l-affarijiet finanzjarji, jinsabu akkużati li frodaw lill-awtoritajiet Spanjoli aktar minn €4 miljun bejn l-2007 u l-2009.

Aqra aktar

Reklutaġġ ġdid ta’ Uffiċjali Korrettivi f’Kordin

 

Infetaħ il-proċess ta’  reklutaġġ għall-Uffiċjali Korrettivi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi.

Il-pożizzjoni tinkludi d-dmirijiet ta’ għassa fil-bini tal-ħabs u ta’ priġunieri kif ukoll tfittxijiet fuq il-priġunieri, uffiċjali u viżitaturi. Dawn l-Uffiċjali Korrettivi huma wkoll mistennija li jagħmlu monitoraġġ u jigwidaw lill-priġunieri fl-oqsma relatati ma’ rijabilitazzjoni u mġieba.

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li dan il-proċess ta’ reklutaġġ huwa parti mir-riforma attwali li qed tiġi mwettqa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Minbarra dan, din se tkompli ssaħħaħ il-kundizzjonijiet tax-xogħol fi ħdan il-Korpi Dixxiplinati b’mod partikolari fis-Servizzi Korrettivi.

Aqra aktar

18-il xahar ħabs oħra għal Duncan Buttigieg

Tmintax-il xahar ħabs għal raġel minn Ħal Għaxaq wara li wieġeb mhux ħati li ffroda €830. Vittmi ta’ dawn il-frodi hemm tmien persuni.

Duncan Buttigieg ta’ 32 sena huwa magħruf mal-Pulizija, tant li s-sena l-oħra ntbagħat 30 xahar ħabs wara li qarraq b’raġel u ħadlu l-flus għax qallu li jeħtieġ jagħmel operazzjoni. Barra minn hekk froda madwar €120,000 oħra, li għalihom weħel disa’ snin ħabs.

Send this to a friend