ħabs – Page 13 – One News

Notifiki

Ħabs għal għalliema li tajret anzjan

 

Għalliema ta’ 34 sena ġiet ikkundannata ħames snin ħabs wara li l-Qorti sabitha ħatja li f’Mejju 2011 tajret żewġ aħwa anzjani f’Ħ’Attard. Il-Qorti qalet li l-mara qatlet wieħed mill-aħwa b’mod involontarju.

Aqra aktar

Sejba ta’ sustanza suspettuża fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

 Illum wara nofsinhar waqt li Uffiċjali Korrettivi kienu qegħdin jagħmlu tfittxijiet fuq oġġetti li kienu qegħdin jiddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kellhom suspett fuq par żarbun li kien se jiddaħħal fil-Faċilità. Waqt din it-tfittxija intensiva li saret instab li fil-qiegħ taż-żarbun kien hemm 23 pakkett ta’ sustanza suspettuża li tista’ tkun droga. Fil-fatt irriżulta li kien hemm tliet tipi ta’ sustanzi differenti.

Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija tad-distrett li qed ikomplu bl-investigazzjonijiet.

Aqra aktar

Ġurnalist Ingliż jixkef realtajiet tal-waħx fil-ħabs

Sitwazzjoni bla kontroll f’wieħed mill-ħabsijiet ewlenin tal-Ingilterra. Hekk qed jgħidu li sabu l-BBC wara li ġurnalist mar bil-moħbi għal xaharejn f’ħabs f’Northumberland, fejn hemm 1,348 priġunier.

Hemm skopra użu qawwi ta’ droga fost il-priġunieri, nuqqas ta’ kontrol, sistemi tal-allar li ma jaħdmux u sigurtà interna difettuża.

Aqra aktar

Żagħżugħ mixli li ħebb għal Pulizija

Timothy Aquilina ta’ dsatax-il sena mis-Swieqi , tressaq il-qorti akkużat li rreżista u ħebb għal uffiċjal tal-pulizija u li wettaq ħsara fuq karozza.

Il-każ seħħ f’San Ġiljan fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa filgħodu meta iż-żagħzugħ  kien qiegħed ma’ sħabu fejn ħin bla waqt, allegatament intefa fuq karozza li nzertat kienet ta’ pulizija pajżan.

Aqra aktar

Erba’ snin ħabs għal attentat stupru

Libjan li jgħix Malta kien ikkundannat erba’ snin ħabs wara li nsab ħati t’ attentat ta’ stupru, attentat għall-pudur bil-vjolenza u li weġġa’ ħafif lill-vittma. Ahmen Rasem Franka insab ħati wkoll li żamm mara kontra l-volonta tagħha u li kkommetta reat kontra l-morali u d-diċenza pubblika. Aqra aktar

Sentenza sospiża wara li ta daqqa ta’ sikkina lis-sieħba tiegħu

Raġel ta’ 52 sena mill-Ħamrun  ingħata sentenza sospiża wara li ta daqqa ta’ sikkina lis-sieħba tiegħu f’wiċċha, fir-residenza tagħhom fil-Ħamrun .

Il-Kaz seħħ f’Awissu tal-2008 meta l-akkuzat sab €50 nieqsa mill-kartiera tiegħu u akkuza lis-sieħba tiegħu li ħadithom hi. Kif eskala l-argument, il-mara ħarbet tiġri barra t-triq izda l-akkuzat irnexxielu jagħtiha daqqiet f’wiċċha. Kien l-akkużat stess li ħa lis-sieħba tiegħu l-isptar .

Aqra aktar

54 Uffiċjal Korrettiv ġdid għall-ħabs

F’ċerimonja uffiċjali fl-akkademja f’Ta’ Kandja, għadhom kemm ħadu l-ġurament tal-ħatra 54 rekluta, li issa se jiskattaw b’ħidmithom bħala Uffiċjali Korrettivi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Fil-preżenza tal-Ministru Carmelo Abela, l-amministrazzjoni tal-Ħabs, u l-familjari tagħhom, ħalfu li jsegwu l-ordni u r-regolamenti tal-Faċilità skont dak li titlob il-liġi.

 

Ingħataw ukoll ġieħ rekluti li matul ix-xhur ta’ ħidma intensiva tagħhom, spikkaw fit-taħriġ fiżiku u fis-suġġetti akademiċi.

Sentejn ħabs għal pensjonant

Pensjonant ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li affaċja numru ta’ akkużi b’rabta ma’ inċident vjolenti li seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-13:30 f’residenza privata f’Santa Venera.

Joseph Debono ta’ 65 sena minn tas-Sliema kien akkużat li pprova jweġġa’ serjament lill-eks sieħba tiegħu u binha. Kien akkużat ukoll li kkaġunalhom ġrieħi ħfief, li kien tahom fastidju u li kellu sikkina fuqu fil-ħin tal-inċident.

Aqra aktar

Send this to a friend