ħabs – Page 11 – One News

Notifiki

Titlef €5,000 wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja

Lisa May Camilleri, mara ta’ 47 sena minn Raħal Ġdid, ingħatat sentenza t’erba’ snin ħabs sospiżi għal sena u tilfet il-garanzija personali ta’ €5,000 wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Il-mara qed tistenna li tgħaddi ġuri fuq akkużi ta’ xhieda falza wara li allegatament instigat lil bintha biex tigdeb fil-Qorti u tgħid li missierha stupraha meta kienet żgħira.

Ħabs wara li kabbar il-kannabis f’daru

Raġel ta’ 39 sena, ingħata sentenza t’għoxrin xahar ħabs u ġie mmultat tlett’elef ewro, wara li nstab ħati li sitt snin ilu kabbar il-kannabis f’daru.

Meta għamlet tfittxija fid-dar ta’ Walter Desira, il-Pulizija sabet żewġ serer b’dawl artifiċjali li fihom kien hemm erbatax –il qasrija b’wieħed u għoxrin pjanta tal-kannabis ġo fihom.

Aqra aktar

Persuna b’għomor il-ħabs se tkun tista’ tapplika għall-parole wara 30 sena

Il-Parlament beda jiddiskuti bidla fil-liġi biex persuna b’għomor il-ħabs tkun tista’ tibda tapplika għall-parole. Dan wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali sabet li l-liġi kif inhi llum, fejn bniedem għomru l-ħabs m’għandux dan id-dritt, hija kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Kien it-Tuneżin Beli Ali Wahid Ben Hassine li fetaħ dan il-każ u rebħu.

Aqra aktar

Illiberata – każ li jmur lura meta kienet Kordin

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras illiberat lil Natal Bonello, illum Nathalia Bonello, min kull akkuża fil-konfront tagħha b’rabta ma’ sejba relatata mad-droga eroina fiċ-ċella tagħha, meta kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-każ imur lura għat-2 ta’ Mejju 2006 u fil-jiem ta’ qabel. Fiċ-ċella tal-imputat kienet instabet foil maħruqa li dwarha kien hemm suspett illi kienet qed tintuża għall-abbuż tal-eroina.
Aqra aktar

Send this to a friend