ħabs – Page 10 – One News

Notifiki

Jintbagħat disà xhur ħabs għax jekk imur lura pajjiżu jinqatel

Libjan ta’ 32 sena minn Benghazi ngħata s-sentenza ta’ disa’ xhur ħabs wara li ammetta akkużi ta’ serq.

Il-każ seħħ f’ħanut fil-Belt Valletta, fejn ikkawża biża’ lil żewġ nisa li ħasbu li se jkun vjolenti magħhom.

Barra minhekk kiser il-kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest li kien ingħata f’sentenzi oħra.

Aqra aktar

Disa’ xhur ħabs talli kellu l-kannabis moħbi fit-tapp tat-tank tal-petrol

Antonio Frendo, xufier ta’ taxi ta’ disgħa u sittin sena minn Birkirkara, ingħata s-sentenza ta’ disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kien fil-pussess ta’ raża tal-kannabis f’ċirkostanzi li wrew li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Il-każ seħħ f’Diċembru tal-elfejn u disgħa, meta wara li rċeviet informazzjoni kunfidenzjali, il-Pulizija wettqet tfittxija fit-taxi tal-imputat – li kien stazzjonat f’Paceville – allura f’post iffrekwentat miż-żgħażagħ.

Aqra aktar

18-il xahar ħabs wara li seraq b’€2,300 fwieħa

Il-kilba għas-serq biex isostni l-vizzju tad-droga tefgħat raġel ta’ tlieta u tletin sena l-ħabs. Bjorn Borg minn San Pawl il-Baħar weħel tmintax-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq numru ta’ prodotti tal-fwieħa mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Aqra aktar

Tliet snin ħabs wara li seraq minn diversi ħwienet

Raġel li reġa’ qabad il-vizzju tad-droga wara ħdax-il sena, intbgħat tliet snin ħabs wara li nqabad jisraq diversi drabi.

Frank Abdilla ta’ 35 sena u li huwa mingħajr impjieg ammetta li bejn is-27 ta’ Frar u 28 ta’ Marzu seraq erba’ darbiet minn diversi ħwienet fil-Belt Valletta.

Aqra aktar

Pilota jintbagħat tmien xhur ħabs wara li xorob flixkun Vodka qabel titjira

Pilota li kellu titjira minn Calgary lejn il-Kanada ngħata sentenza ta’ tmien xhur ħabs wara li kien se jtajjar ajruplan fis-sakra. Miroslav Gronych ta’ 37 sena li mit-testijiet tal-alkoħol irriżulta li kien ikonsma alkoħol tliet darbiet aktar minn dak permess bil-liġi, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih li kellu fil-kontroll tiegħu ajruplan waqt li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Aqra aktar

Ħabs għal raġel li attakka pulizija fil-Qorti…il-Maġistrat jinnota kif inċident tħalla jikber

Raġel li attakka pulizija fil-bini tal-Qorti ntbagħat sitt xhur ħabs u kien immultat €4,000. Il-Qorti għal darb’oħra għamlitha ċara fis-sentenza tagħha li uffiċjali fdati bl-infurzar tal-ordni pubblika għandhom ikunu protetti. Antonio Briffa nstab ħati li attakka pulizija u fis-sentenza tagħha l-Qorti nnotat kif dan hu każ tal-ikbar serjetà.

“Ħadd ma huwa skużat – tkun xi tkun ir-raġuni – li jhedded lil xi uffiċjal tal-pulizija, jew xi uffiċjal ieħor inkarigat mill-infurzar jew li b’ xi mod iweġġgħu,” iddikjara l-Maġistrat Joe Mifsud fis-sentenza tiegħu.

Intqal li ordni tal-pulizija jew ta’ persuna nkarigata mill-infurzar tal-ordni pubbliku ghandha tkun obduta mil-ewwel. “Dan ir-rispett għandu jidher b’ mod l-aktar ċar u enfatiku f’ sitwazzjonijiet fejn tkun daħlet imqar naqra tensjoni kif ġara f’dan il-każ,” qalet il-qorti.

Aqra aktar

Send this to a friend