gzira – Page 5 – One News

54 persuna mixlija bi tlajjar

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal fil-parlament li matul l-2016 kien hemm 54 każ ta’ ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni.

Meta wieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet tal-membru parlamentari laburista Anthony Agius Decelis, huwa qal li dawn kienu ħames irġiel Maltin, 44 mara Maltija u ħames nisa barranin.

Matul l-istess perjodu dawn inħarġulhom 174-il taħrika relatati ma’ dawn ir-reati. Hemm diversi każijiet li għadhom pendenti (sub-judice) filwaqt li f’każijiet oħra kien hemm sentenzi sospiżi u multi, priġunerija u prigunerija u multi.

Minn dawk deċiżi kien hemm każ ta’ persuna li ma nstabitx ħatja u żewġ każi preskritti.

Tuffieħ b’xejn fil-Gżira

Mhux daqshekk normali li wieħed ikun għaddej fit-triq u jara li jista’ jieħu tuffieħa b’xejn. Iżda din hija n-norma għal restorant żgħir fil-Gżira, li ta’ kull filgħodu jpoġġi tuffieħ frisk fuq barra tal-istabbiliment biex in-nies li jkunu għaddejjin ikunu jistgħu jibdew il-ġurnata bit-tajjeb.

Aqra aktar

Tal-Gżira jiċċelebraw kulturi u reliġjonijiet differenti

Ilbieraħ kien il-Jum Internazzjonali ddedikat lit-tfal, u f’ħafna pajjiżi jkunu organizzati attivitajiet bi skop li jqajmu aktar kuxjenza dwar id-drittijiet tat-tfal.

F’Malta dan isir ukoll, b’attività ewlenija fl-Iskola Primarja tal-Gżira kellha l-għan li ssaħħaħ l-inklużjoni fost tfal b’kulturi u reliġjonijiet differenti.

Żarhom anke l-Prim Ministru Joseph Muscat, kif tista’ tara hawn.

Aqra aktar

Manoel Island ifisser ukoll memorji romantiċi

‘Hawnhekk kont ħadtha lill-mara meta ltqajt magħha l-ewwel darba. Meta nfetaħ l-aċċess għall-Manoel Island għedtila imxi mixja mal-post.’

X’fisser id-dritt tal-aċċess għall-Manoel Island?

Arena tkellem ma’ Frans Rodenas li qasam il-memorji li kellu f’din il-gżira, xi praspura li għamel u sens ta’ dispjaċir għas-snin li tilef fiż-żmien meta ingħalaq l-aċċess. Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira jitlob lura l-ġurisdizzjoni ta’ Manoel Island

Waqt il-laqgħa Eżekuttiva li seħħet fil 15 ta’ Settembru 2016, is-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manché ippropona mozzjoni issekondata mill-Viċi Sindku Ralph Mangion ġiet approvata unanimament mill-Kunsill, biex Manoel Island terġa’ tifforma parti mill-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira b’effett immedjat.

Din il-mozzjoni ġiet ippreżentata lill-Ministru Owen Bonnici kif ukoll lid-Direttur tal-Gvern Lokali, biex jiġi emendat l-Att 363 tal-Ligijiet ta’ Malta.

Aqra aktar

MANOEL ISLAND: is-sindku jirringrazzjahom talli qabdu u daħlu; segwi l-filmat ta’ dak il-mument

Is-Sindku tal-Gżira esprima sodisfazzjon fuq Facebook wara li l-Kamp Emerġenza Ambjent iddeċidew li jiftħu l-aċċess għal Manoel Island.

Ir-resident tal-Gżira ilhom għal dawn l-aħħar sittax-il sena mċaħħda minn Manoel Island u l-baħar tal-madwar, minħabba xogħlijiet li suppost qed isiru fiż-żona, iżda li s’issa għadu kollox wieqaf. Għalhekk, il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati.

Aqra aktar

Bis-sewwa jew bid-dnewwa… jidħlu Manoel Island

Attivisti mill-Front Emerġenza Ambjent daħlu Manoel Island wara li fetħu permezz tal-għodda l-ħadid li kien qed jgħalaq l-aċċess. Huma ħadu dan il-pass wara li l-Kunsill Lokali tal-Gżira għamel protest ġudizzjarju u saħansitra organizza protesta biex għamel il-punt li mhux aċċettabbli li l-post huwa magħluq mill-konsorzju MIDI li ma żammx il-kelma tiegħu mal-Gżirjani għal ħafna snin.Aqra aktar

Jipprotestaw għax iridu aċċess għal Manoel Island

Ir-resident tal-Gżira ilhom għal dawn l-aħħar sittax-il sena mċaħħda minn Manoel Island u l-baħar tal-madwar, minħabba xogħlijiet li suppost qed isiru fiż-żona, iżda li s’issa għadu kollox wieqaf. Għalhekk, il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati.

Illum r-residenti nġabru sabiex jipprotestaw, bl-insistenza li għandu jkollhom aċċess. Għal dan il-għan, qed jiġbru wkoll petizzjoni. Hemm madwar mitejn persuna miġbura bħalissa.

Aqra aktar

Send this to a friend