gzira – Page 4 – One News

Il-PM dwar Manoel Island: “Nappoġġja lis-Sindku tal-Gżira”

 Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, għamel dikjarazzjoni ċara li fil-kwistjoni dwar Manoel Island jappoġġja lis-Sindku tal-Gżira li qed jopponi dak propost mill-MIDI. F’kummenti lill-ġurnalisti l-Prim Ministru qal li Manoel Island għandu jservi ta’ pulmun u tenna li jittama li jintlaħaq kompromess li jkun jissodisfa l-komunità tal-madwar.

MANOEL ISLAND: f’nofs kontroversja mill-ġdid

  • ISMA’ L-KUMMENTI TAS-SINDKU

Manoel Island reġgħet f’nofs kontroversja, din id-darba mhux minhabba l-aċċesibbiltà iżda wara li l-kumpanija MIDI li tamministra l-post ħarġet b’masterplan biex jikkumerċjalizza l-forti u l-Lazzarett.

Din il-proposta ġabet il-kritika ta’ bosta, specjalment is-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche, li stqarr li jekk dan il-pjan jiġi aċċettat se jkun qed jirrovina dan il-ġojjel li għandu jitgawda mill-pubbliku u mhux jintuża għal skopijiet kummerċjali.

Aqra aktar

Il-MIDI jiddefendu l-pjan tagħhom

Il-konsorzju MIDI ħareġ stqarrija fejn iddefenda l-pjan tiegħu għal Manoel Island.

Qal li l-kumpanija temfasizza li bħala parti mid-djalogu miftuħ tagħha ma’ entitajiet interessati differenti, din il-ġimgħa saru preżentazzjonijiet lil NGOs u l-Kunsill Lokali tal-Gżira, dwar il-masterplan żvillupat minn Foster+Partners.  Matul dawn il-preżentazzjonijiet saru diversi rakkomandazzjonjiet li se jiġu evalwati mill-kumpanija.  MIDI emfasizzat li se tassigura aċċess pubbliku madwar il-gżira.Aqra aktar

Siltiet mid-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat

L-aħħar erba’ snin ta’ gvern immexxi minn Joseph Muscat kienu snin ta’ suċċess. Iżda, meta l-Prim Ministru indirizza folla kbira li wieġbet għas-sejħa biex tisma’ d-diskors tiegħu f’din l-okkażjoni hu għażel li ma jħarisx tant lura. F’dan il-filmat tista’ tisma siltiet mid-diskors li għamel ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

Illum il-Prim Ministru jindirizza attività politika fil-Gżira

Illum il-Partit Laburista se jkun qed jorganizza attività fl-Orpheum il-Gzira. Attività maħsuba biex tfakkar ir-raba’ sena minn meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali u għalhekk huwa mistenni d-diskors tal-prim ministru. Dwar dan ONE NEWS tkellem  mas-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista William Lewis.

Aqra aktar

Mhedda b’sikkina f’pet shop fil-Gżira

Mara kienet mhedda b’sikkina waqt hold-up minn ‘pet shop’ fi Triq Tas-Sliema fil-Gżira.

Is-serqa seħħet għall-ħabta tas-19:00 tal-bieraħ filgħaxija. Raġel armat b’sikkina daħal fil-ħanut fejn hedded lil mara ta’ 57 sena minn Marsaskala li kienet fil-ħanut u seraq madwar tliet mitt ewro u telaq ‘il barra.

Dan filwaqt li ftit tal-ħin qabel kien hemm attentat ta’ serqa minn ħanut tal-fwejjaħ ftit ‘il bogħod, probabbli mill-istess ħalliel, bis-serqa jidher li falliet. Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Send this to a friend