gzira – Page 3 – One News

Resident fil-Gżira jintbagħat 6 xhur ħabs wara stampar illegali ta’ passaporti

Maċedonjan ta’ 36  sena residenti l-Gżira intbgħat sitt xhur ħabs wara li fil-Qorti wieġeb ħati li kien involut fi skema ta’ stampar ta’ passaporti bil-għan li residenti barranin ikunu jistgħu jibqgħu jirresjedu f’Malta llegalment.

Huwa ammetta l-akkużi relatati ma’ korruzzjoni ta’ uffiċjal pubbliku kif ukoll ta’ ksur tar-regolamenti dwar l-imigrazzjoni.

Tfajla ta’ 19-il sena tittajjar fl-Imsida

Tfajla ta’ 19-il sena sfat imtajra dalgħodu fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.05am fi Triq ix-Xatt.

It-tfajla residenti f’Birkirkara hija mill-Oman u sofriet ġrieħi gravi.

Jidher li t-tfajla ntlaqtet minn karozza tat-tip Hyundai I20 minn mara ta’ 68 sena mill-Gżira.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Investiment ta’ miljun ewro fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira

B’investiment ta’ madwar miljun ewro, kollox jinsab lest biex fil-ġimgħat li ġejjin jibda xogħol strutturali fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira.

Ix-xogħlijiet jinkludu sistema tal-elettriku ġdida u oħra kontra n-nar, kif ukoll l-installazzjoni ta’ lift li jiflaħ kemm siġġijiet tar-roti u anki stretchers.

Għaldaqstant dan se jagħmel liċ-ċentru aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà.

Ma’ dawn se jsiru wkoll xogħlijiet fuq barra tal-binja, li jinkludu restawr estensiv fuq il-faċċata, u l-introduzzjoni ta’ rampi skont il-linji gwida tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Preżentament, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira joffri wieħed u għoxrin servizz lill-pazjenti tiegħu, fosthom klinika tad-dijabete, servizzi tal-oftalmoloġija u oħrajn tal-podjatrija.

Bir-restawr li se jsir, iċ-Ċentru se jikber b’tali mod li se jkun jista’ joffri tliet servizzi ġodda, kif spjegat il-Kap Eżekuttiv tal-Kura tas-Saħħa Primarja, Rosanne Camilleri.

Se nżidu l-physiotheraphy, bħalissa biex il-pazjenti tagħha jinqdew ikollhom imorru ġol-health centres oħra, once li nlestu r-refurbishment se jkunu jistgħu jinqdew mill-health centre tagħhom stess. Se jkun hawn ukoll il-chronic disease management clinic illum m’hawnx dan is-servizz u se jkun hawn ukoll il-well-baby clinic li llum m’hawnx so qed naraw li biż-żieda ta’ dan ikun paripassu mal-health centres l-oħra.

Minbarra t-turisti li jgħixu fl-akwati, dan iċ-ċentru jagħti wkoll servizzi lil tnejn u sebgħin elf persuna residenti f’pajjiżna, fil-lokalitajiet tal-Gżira, l-Imsida, Pembroke, San Ġwann, il-Kappara, Tas-Sliema, San Ġiljan, St. Andrew’s, Paceville, is-Swieqi, tal-Ibraġġ u Ta’ Xbiex.

Sakemm jitlestew ix-xogħlijiet, il-Gvern ħareġ sejħa biex jikri binja fil-Gżira jew fil-qrib biex minnha jingħataw is-servizzi bażiċi offruti miċ-Ċentru.

Is-servizzi l-oħra se jinqasmu bejn il-health centres tal-Floriana u ta’ Birkirkara. Se jkun hemm kampanja edukattiva biex inkunu nistgħu ninfurmaw lill-pubbliku aħjar u l-pubbliku jkun jista’ jiffolowja eżatt skont dak li nkunu qed nagħmlu aħna.

Ix-xogħol ta’ restawr fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira mistenni jkun lest sal-ewwel kwart tal-elfejn u dsatax.

Imwieled mudell ġdid li se jagħti ħajja ġdida lil Manoel Island

Wara ħafna kontroversja, il-Kunsill Lokali tal-Gżira u l-konsorzju MIDI ffirmaw ftehim  Guardianship fejn permezz tiegħu l-komunità qed tilqà lill-investitur u l-investiment tiegħu li se jkun qed jagħti ħajja ġdida lil din iż-żona li ilha għal snin twal mitluqa. B’dan il-ftehim qed jara l-bidu ta’ fondazzjoni ġdida li se tkun qed isservi bħala gwardjan ta’ din il-gżira biex, fost oħrajn,  jiġi assigurat li l-komunità jkollha aċċess għal Manoel Island.

Aqra aktar

Preparamenti għal xogħlijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira

Fl-aħħar jiem ġie ppubblikat avviż legali bi preparament għal xogħlijiet strutturali li dalwaqt se jibdew fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira.

F’dan iċ-Ċentru tas-Saħħa se jsiru, fost oħrajn, xogħlijiet fis-sistema tal-elettriku u l-fire detection system, kif ukoll l-installazzjoni ta’ lift li permezz tiegħu l-binja se tkun aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

Intant, bi preparament għal dan ix-xogħol fl-aħħar jiem inħarġet sejħa tal-interess biex tinkera binja fil-Gżira jew fil-viċinanzi biex minnha jingħataw is-servizzi offruti miċ-Ċentru  tas-Saħħa tal-Gżira sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.

TLAJJAR FIL-GŻIRA JWEĦILHA 11-IL XAHAR ĦABS

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ ħdax-il xahar ħabs għal mara t’erbgħa u tletin sena li nstabet ħatja għal tlajjar f’postijiet magħrufin fil-Gżira għal prostituzzjoni. Il-mara li hi riċediva qalet li l-ewwel Qorti ma kelliex biżejjed provi dwar tlajjar bi skop għall-prostituzzjoni. Iżda l-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Edwina Grima straħet fuq l-affidavits li ħadu numru ta’ pulizija li spjegaw kif il-mara nqabdet titlajja fi Triq Testaferrata u fi Triq l-Imsida viċin appartament, bil-għan li tipprostitwixxi ruħha.

L-Ispettur John Spiteri xehed li huwa saħansitra offra l-għajnuna lil mara biex toħroġ mill-prostituzzjoni iżda hi qatt ma riedet tagħmel dan minħabba li kellha problemi finanzjarji kawża tal-vizzju tad-droga. Il-Qorti għalhekk ikkonfermat sentenza ta’ priġunerija iżda ordnat lid-Direttur tal-ħabs biex jgħin lil mara toħroġ mill-problema tad-droga.

Jisparaw bil-BB guns fuq il-papri fil-Gżira

Ilbieraħ għall-ħabta tas-19.30, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm xi sparaturi ġewwa x-Xatt tal-Gżira.

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, mid-Dipartiment tal-Investigazjonijiet Kriminali u dawk tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, irriżulta li żewġ persuni kienu fil-pussess ta’ armi magħmulin mill-plastik, li jisparaw boċċi żgħar tal-plastik (BB guns) u li allegatament ftit qabel dawn kienu qed jużawhom fid-direzzjoni tal-papri li kien hemm fil-baħar.

Aqra aktar

Send this to a friend