Notifiki

Futur inċert għal Hamed Kone ta’ Gżira United

Hamed Kone jista’ ma jibqax jilgħab ma’ Gzira United matul l-istaġun li ġej. Dan ikkonfermah il-kowċ Darren Abdilla waqt l-edizzjoni tat-Tnejn tal-program L-Argument Ikompli fuq One Radio. Abdilla sostna li minkejja l-potenzjal li jipposedi l-plejer, matul l-istaġun li għadda huwa naqas milli jimpressjona f’ħafna mill-partiti tat-tim u f’dan l-istadju mhuwiex ċert jekk il-plejer jibqax jifforma parti mill-iskwadra tat-tim. Aqra aktar

Ottimizmu kbir fit-tim ta’ Gżira United

Gżira Utd qed iħarsu b’ottimizmu lejn l-istaġun il-ġdid u filwaqt li saħħew l-iskwadra mexjin fuq pjan sabiex il-klabb isir wieħed mija fil-mija professjonali. Dan intqal illum waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-klabb gżirjan fejn matulha ġew ippreżentati l-akkwisti l-ġodda.

Aqra aktar

Gżira United jagħmluha għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League

Gżira United komplew fejn ħallew fit-tmiem l-istaġun li għadda meta lbieraħ fit-tieni leg tar-rawnd preliminari tal-UEFA Europa League għelbu lil Saint Julia tal-Andorra bl-iskor ta’ 2-1 fil-Grawnd taċ-Ċentinarju.

It-tim mmexxi minn Darren Abdilla ġew minn wara u dawru r-riżultat favur tagħhom.

Kien Mendez li fit-62 minuta poġġa lill-avversarji fil-vantaġġ iżda erba’ minuti wara l-Maroons ingħataw penalty li minnu Amadou Samb ma falliex għal 1-1. Tlett minuti fuq il-ħin regolamentari Edison Bilboa Zarate skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħ għal Gżira.

Gżira għalhekk għaddew minn dan ir-rawnd b’aggregate ta’ 4-1.

Send this to a friend