Notifiki

“Inkomplu nibnu fuq dak li hu tajjeb”

F’laqgħa bejn il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia u r-rappreżentanti tal-Għaqda tal-Pensjonanti tal-General Workers’ Union, ġew diskussi l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-mijiet ta’ membri tal-għaqda, fosthom il-kwistjoni tas-solitudni fost l-anzjani li jgħixu waħedhom u l-bżonn li ċerti servizzi jitjiebu u jingħataw id-dimensjoni għall-bżonnijiet tal-lum.

Aqra aktar

Il-GWU tiltaqa’ mat-tmexxija ta’ ONE

Uffiċjali tal-General Workers Union, iltaqgħu mat-tmexxija tal-istazzjon ONE quddiem in-notifika li tressqet quddiem l-Avukat tal-Istat u l-Prim Awla Ċivili biex tinfetaħ kawża kontra l-istazzjonijiet politiċi ta’ pajjiżna.Aqra aktar

Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali ma’ Net/Ent u l-Evolution Gaming Group

Il-General Workers’ Union iddikjarat tilwima industrijali ma’ NetEnt u Evolution Gaming Group, kumpanija tal-gaming li qed twettaq ristrutturar. Fi stqarrija, il-GWU qalet Ii l-kumpaniji inkwistjoni naqsu li jirrikonoxxu lill-unjin bħala rappreżentanta tal-ħaddiema għall-iskop ta’ sensji kollettivi.

Il-unjin qalet ukoll li l-kumpaniji rrifjutaw li jipprovdu dikjarazzjoni li fiha jispjegaw ir-raġunijiet għas-sensji, il-kriterji proposti għall-għażla tal-impjegati li ser jiġu ssensjati u dettalji dwar xi kumpens dovut għal tmiem ta’ kuntratt ta’ servizz fost oħrajn. Il-GWU qalet li l-kumpaniji qed jużaw prattiċi anti-trejdunjonistiċi u għalhekk żammet id-dritt li tieħu azzjonijiet industrijali.

Fil-jiem li għaddew, il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija qal li għaddej b’diskussjonijiet dwar impjieg alternattiv għal min ġie affettwat mir-ristrutturar li qed isir fi ħdan il-kumpanija Evolution Gaming. Dan wara li l-akkwist tal-kumpanija NetEnt wassal għall-għeluq ta’ xi linji tan-negozju f’Malta u pajjiżi oħra ta’ Evolution Gaming, u l-Gvern qed jaħdem biex jiffaċilita t-transizzjoni bla xkiel ta’ impjegati li jinsabu f’riskju li jitilfu xogħolhom b’riżultat ta’ dan ir-ristrutturar.

L-impjegati milquta jistgħu jirreġistraw għal impjieg alternattiv minn fuq is-sit ta’ Jobsplus http://jobsplus.gov.mt. L-istess JobsPlus qed toffri servizz apposta ta’ appoġġ biex ikun identifikat xogħol alternattiv għal dawn il-persuni, u l-uffiċjali jinsabu f’kuntatt mat-tmexxija tal-kumpanija biex jikkordinaw dan is-servizz. Fl-istess waqt twaqqfet ukoll linja ta’ għajnuna fuq in-numru 22201251. Il-Fondazzjoni Gaming Malta tinsab ukoll f’diskussjonijiet ma’ operaturi oħra tal-logħob li għandhom opportunitajiet ta’ xogħol.

BIL-FILMAT: “Il-Gvern qed jistieden l-investitur privat biex flimkien ikollna tkabbir”- Il-GWU

Bi skemi bħall-firxa aktar wiesgħa tal-In-work benefit, il-Gvern qed juri li huwa lest li jinvesti f’kuntest ta’ pandemija, u qed jistieden lill-investitur privat biex flimkien ikollna tkabbir.Aqra aktar

Il-GWU f’laqgħa mal-Prim Ministru b’rabta mal-budget għas-sena d-dieħla

“Il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija jibqa’ fundamentali.” Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja f’laqgħa f’kastilja, li fiha il-unjin preżentat il-proposti tagħha għall-budget tas-sena d-dieħla.Aqra aktar

Send this to a friend